Left arrow Go Back

Young Enterprise - benniena għan-negozji ta’ għada

pr1273
Date Icon 09/07/2010
Is-SegretarjuParlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi il-bieraħ ippresieda ċ-ċerimonja tal-għoti tal-Awards tal-Junior Achiever (Young Enterprise) Malta 2010.  Waqt iċ-ċerimonja, li seħħet f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, huwa ppreżenta lill-kumpanija ‘Rewined’ mill-Kulleġġ De La Salle il-premju ta’ l-aqwa kumpanija tas-sena, biex b’hekk fil-ġimgħat li ġejjin ser jirrappreżentaw ‘l Malta f’Cagliari fl-Italja,  fil-kompetizzjoni internazzjonali tal-Junior Achiever.
Jason Azzopardi qal liYoung Enterprise għall-aħħar 22 sena, ħadet numru mdaqqas ta’ studenti mill-kulleġġi tas-Sixth Form tagħna, u dewqithom togħma tal-esperjenza intraprenditorjali.  Huwa qal li f’din l-esperjenza, il-parteċipanti jitgħallmu ħiliet, bħal kif jiġi ddiżinjat prodott, kif wieħed jasal biex jipproduċi prototype, kif wieħed iħaddem linja ta’ produzzjoni, u kif tirreklama l-prodott.
Iżjed minn hekk, dawniż-żgħażagħ jieħdu magħhom tagħlimiet iżjed importanti ta’ kif wieħed jaħdem bħala parti minn grupp, kif titgħallem tirrispetta deadline, u kif titgħallem tqum wara telfa, u terġa’ tibda mill-bidu.  L-importanza ta’ din l-esperjenza mhix daqstant li wieħed jirbaħ, iżda li jipparteċipa u jitgħallem kemm jiflaħ.
Il-Gvern jaħdem qatigħfavur kumpaniji żgħar u li għadhom jibdew.  Is-Segretarju Parlamentari semma kif il-Gvern ta’ kull sena, joħloq u jsostni għadd ta’ inċentivi u miżuri favur it-tkabbir tas-settur tan-negozji żgħar tagħna, favur il-ħolqien ta’ iżjed xogħol.
Għalhekk joħroġ naturalili l-Gvern isostni inizjattivi bhal Young Enterprise li b’konsistenza idakkru s-sens intraprenditorjali fiż-żgħażagħ tagħna.  Jason Azzopardi qal  li għalhekk il-Gvern jinsab bħalissa kommess li jgħin ‘l Young Enterprise billi jipprovdilhom proprjeta’ ġdida li sservihom bħala uffiċju amministrattiv, kif ukoll post fejn ikunu jistgħu isiru laqgħat ta’ informazzjoni għall-istudenti li jipparteċipaw.  Huwa qal li l-proċess jinsab miexi, u huwa konvint li ser isib konkluzjoni favorevoli f’qasir zmien.
Fl-aħħar is-SegretarjuParlamentari Jason Azzopardi feraħ lill-11-il kumpanija li ħadu sehem fil-kompetizzjoni għax-xogħol tagħhom.  Huwa feraħ lill-organizzazzjoni ta’ Young Enterprise li għal darb’oħra kienet strumentali biex jintlaħaq livel tant għoli ta’ kreattivita’ u prodott.
Huwa qal li l-YoungEnterprise hija l-benniena tan-negozji ta’ ghada.  Ghal darb’ohra, f’dawk il-workshops ta’ Young Enterprise zrajna z-zerriegha, li bla dubbju ser tirrizulta f’investiment dirett ghat-tkabbir ekonomiku ta’ ghada.
Il-kumpanija Rewinedminn De La Salle College tipproduci platters originali minn fliexken tal-inbid irriciklati.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow