Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JĦABBRU D-DATA TA’ THE BALL OF THE AUGUST MOON

pr1267
Date Icon 08/07/2010
The Ball of theAugust Moon din is-sena se jsir fis-7 ta’ Awissu u bħal kull sena dan il-ballu jsir fil-Palazz tal-Verdala. Justin Zammit Tabona, iċ-Chairperson tal-Board għall-ballu ta’ din is-sena, irringrazzja lil dawk kollha li jagħtu l-għajnuna biex dan il-ballu jkun suċċess.
“Wasalna għalattivita` oħra b’risq il-Malta Community Chest Fund, b’risq dawk in-nies li qed jistennew l-għajnuna tagħna: morda u nies fil-bżonn,” saħaq il-President Abela fit-tnehdija ta’ The Ball of the August Moon waqt breakfast Launch li sar fil-Palazz ta’ Sant’Anton nhar l-Erbgħa 7 ta’ Lulju. “Niehu gost ngħid li The Ball of The August Moon is-sena l-oħra ħalla dħul record. Huwa fl-obbligu tiegħi bħala President flimkien mal-Istaff li norganizzaw dawn ix-xorta ta’ attivitajiet, għaliex permezz tagħhom nistgħu nibqgħu nassistu lill-fqar u l-morda li qed jistennew l-għajnuna tagħna”.
Il-Malta CommunityChest Fund huwa fond trasparenti fejn minbarra l-awdituri tal-Malta Community Chest Fund għandna wkoll awdituri esterni, Pricewaterhouse Coopers u KPMG li jissorveljaw u jaraw li sa l-inqas ċentezmu ta’ ewro jigi awditjat,” kompla jgħid il-President Abela. Hu kompla jispjega kif fix-xahar ta’ Mejju u Ġunju tqassmu mija u disgħin elf ewro lil madwar 275 persuna. Dawn jikkonsistu f’terapija, apparat mediku, trattament barra minn Malta u bżonnijiet soċjali. Dawn l-għajnuniet jammontaw għal madwar miljun ewro fis-sena.
“Aħna m’aħniex senieqfu hawn. Jien, marti u l-istaff se nibqgħu għaddejjin minn attivita` għal oħra għax hekk hemm bżonn: President jagħmel it-term tiegħu u jiġi President ieħor floku, imma l-karba ta’ min hu fil-bżonn hija dejjem hemm,” temm jgħid il-President Abela waqt li żied li The Ball of the August Moon hija attivita` li l-poplu jirrikorri għaliha b’attendenza numeruża u din turi kemm hi kbira l-fiducja tal-poplu Malti fil-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.
Il-biljettigħall-ballu jistgħu jiġu riservati mill-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund, il-Palazz, il-Belt, jew billi wieħed iċempel fuq 21240568 jew 21226226.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow