INVESTIMENT TA’ 25 MILJUN EWRO FIL-YACHT YARD TA’ MANOEL ISLAND
pr1266
08/07/2010
| Il-konsorzju Manoel | Island Yacht Yard se jkun qed jinvesti €25 miljun fil-faċilitajiet ta’ tiswija tal-jottijiet f’Manoel Island, bejn ħlasijiet u kirijiet lill-Gvern bħala parti mill-ftehim kif ukoll f’investiment kapitali fl-istess faċilità. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, fl-okkażjoni tal-iffirmar tal-ftehim ta’ konċessjoni ta’ din il-faċilità għat-tletin sena li ġejjin. |
| Il-Ministru Tonio | Fenech qal li dan l-investiment għandu jwassal għal riġenerazzjoni ta’ din il-faċilità u f’titjib tas-servizzi li pajjiżna kapaċi joffri fis-settur tal-jottijiet. Huwa qal li s-sitt kumpaniji li jiffurmaw il-konsorzju huma kollha investituri stabbiliti sew b’interessi f’firxa wiesgħa ta’ negozju kemm lokalment kif ukoll barra l-pajjiż, u għalhekk esprima l-fiduċja tiegħu li se jmexxu l-interessi ta’ din il-faċilità ’l quddiem. |
| Il-proċess ta’ | privatizzazzjoni tal-faċilità ta’ Manoel Island beda flimkien mat-tliet partijiet l-oħra li fihom tqassam il-proċess ta’ privatizzazzjoni tat-Tarzna. Kienu tlieta l-offerenti li ressqu l-offerta tagħhom fejn dik ta’ Manoel Island Yacht Yard Consortium kienet meqjusa bħala l-aktar vantaġġjuża. Dan il-konsorzju jinkludi lil Bezzina Shiprepair Yard Ltd, Mizzi Capital Projects Ltd, Virtu Steamship (Holdings) Ltd, Central European Advisors Ltd, Paul Hili u MIDI plc. |
| L-offerta totali | tammonta gћal €18.792m, li tinqasam fi ħlas bil-quddiem ta’ €5.2 miljun, kirja annwali li tiżdied bi 15% kull 5 snin ta’ €225,000 fis-sena, kirja addizzjonali għall-ewwel 10 snin ta’ €265,000 fis-sena u kirjiet addizzjonali oħra. Fuq bażi ta’ net present value (4.5%) l-ammont tal-offerta jlaħħaq it-€13-il miljun. |
| Il-Ministru qal ukoll | li skont il-pjan kummerċjali tal-kumpanija, din se tkun qed tinvesti aktar minn €6 miljuni f’din il-faċilità. Fir-rigward tal-investiment, l-MIYY qed jipprevedi li jinvesti ammont ta’ €2,150,000 fl-ewwel 5 snin, fuq l-infrastruttura u t-tagħmir, flimkien ma’ madwar €4 miljuni fi proċess ta’ reklamazzjoni biex jitwessa’ l-ispazju disponibbli għall-jottijiet. Dan biex ikun hemm spazju għal madwar 20 jott ieħor. |
| Huwa rringrazzja | lill-konsorzju kif ukoll lill-Management attwali li flimkien assiguraw trasferiment tal-proprjetà mingħajr problemi, b’mod li x-xogħol fil-faċilità jkun jista’ jibqa’ għaddej. Il-kumpanija mistennija tħaddem madwar 70 persuna u l-proċess ta’ reklutaġġ mistenni jibda fil-jiem li ġejjin. |
| Il-ftehim kien | iffirmat mis-Sur Albert Mamo u s-Sur Victor Bezzina f’isem il-konsorzju MIYY. Kienu preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi u ċ-Chairman tal-Privatisation Unit, Manuel Ellul. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990