AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
pr1259
07/07/2010
| B’referenza għal | Stqarrija Nru. 1249 li ħarget fil-5 ta’ Lulju dwar l-irtirar mis-suq ta’ lott partikolari tal-prodott Vanillina tad-ditta Paneangeli, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjnetali jixtieq jinforma lill-pubbliku li dik l-ordni ta’ rtirar qed tiġi mwaqqfa minħabba informazzjoni ġdida li ntbagħtet mill-Awtoritajiet Taljani li rtiraw din in-notifika peress li l-livelli li nstabu fil-prodott imsemmi kienu aċċettabli. |
| Għalkemm | id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma’ kellu l-ebda kontroll fuq dawn iċ-ċirkostanzi, l-istess Direttoratt jixtieq jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent. Id-Direttorat jassigura lill-pubbliku li se jibqa’ jaħdem sabiex jieħu kull azzjoni possibbli biex jipproteġi s-saħħa tal-konsumatur. |
| Għal | aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofs inhar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990