TITNIEDA T-TIENI FAŻI TAL-ISKEMA TA’ TNAQQIS FIL-MULTI TAT-TAXXA
pr1258
07/07/2010
| Wara li | madwar 31,000 persuna rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, li wassal biex inġabru madwar €43 miljun ewro f’taxxa u penali dovuti tħallsu lill-istess Dipartiment, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech ħabbar it-tnedija tat-tieni fażi ta’ din l-iskema. |
| Il-Ministru Tonio Fenech spjega kif wara li bl-ewwel | fażi numru ta’ persuni li waqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa, għal raġunijiet differenti, ingħataw l-opportunità li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ tnaqqis tal-imgħaxijiet, din it-tieni fażi se tkun estiża wkoll għal dawk l-employers li waqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa u l-bolla tal-impjegati. |
| Barra | minn hekk, peress li kien hemm min xtaq jidħol fl-iskema imma ma laħaqx lesta l-formoli, jew minħabba nuqqas ta’ likwidità jew għax xtaq perijodu itwal biex iħallas, se tingħata estensjoni wkoll fuq l-ewwel fażi tal-iskema u se jkunu introdotti rati ta’ tnaqqis differenti u modi differenti u aktar flessibbli ta' hlas. |
| Fil-każ | ta' taxxa tal-individwi jew kumpanniji, jiġifieri l-istess persuni li għalihom kien hemm l-ewwel fażi tal-Iskema, dawn għandhom jibagħtu l-formoli neqsin sal-31 ta' Awwissu 2010. Għall-ħlas, qed jingħataw żewġ għażliet: jew ħlas sħiħ sal-31 ta' Ottubru bi tnaqqis fil-penali ta' 85% jew inkella ħlas ta’ 30% fil-pront sal-31 ta' Ottubru u l-kumplament jitħallas bin-nifs, fuq numru ta' xhur skont il-bilanċ. F’dan l-aħħar każ, it-tnaqqis ikun ta’ 75%. |
| Fil-każ | ta’ bilanċi dovuti għas-sistema l-antika (sas-sena ta' stima 1998) jingħata tnaqqis mill-bilanc dovut ta’ 25% jekk jitħallas kollox f'daqqa sal-31 ta' Ottubru 2010, jew ta' 20% jekk il-ħlas isir bin-nifs, fuq numru ta' xhur. |
| Fil-kaz | ta’ taxxa tal-FSS u bolol dovuti minn employers, dawn iridu jibagħtu d-dokumenti neqsin (FS3 u FS7) rigward is-snin b’kalendarji 1998 sa 2009 sal-31 ta' Awwissu 2010. Għall-ħlas dawn iridu jagħżlu bejn ħlas sħiħ sal-31 ta' Ottubru bi tnaqqis ta' 90%; jew ħlas fil-pront ta’ 30% sal-31 ta' Ottubru u l-kumplament jitħallas bin-nifs, fuq numru ta' xhur skont il-bilanċ. It-tnaqqis hawn ikun ta' 80%. |
| L-iskema | għall-employers se tkopri s-snin bażi 1998 sal-2009. |
| Min | għandu xi formoli/dokumenti neqsin se tintbagħatlu ċirkulari li fiha se jkollu indikat liema huma s-snin li għalihom għadhom pendenti xi formoli/dokumenti. Wara dan jintbagħatlu abbozz ta’ ftehim fejn ikun jista’ jagħżel jekk iħallasx f’daqqa jew bin-nifs. Min m'għandux dokumenti/formoli neqsin, se jirċievi mill-ewwel abbozz ta’ ftehim fejn ikun jista’ jagħżel jekk iħallasx f’daqqa jew bin-nifs. |
| Il-Ministru wissa li fejn xi ħadd jibda jħallas | bin-nifs u ma jonorax il-ftehim, kollox jerġa’ lura għal li kien, u jintilef it-tnaqqis fil-penali. Huwa qal li wara l-għeluq ta’ din l-Iskema, id-dipartiment se jibda jimponi l-multa skont il-liġi (1% kull xahar) sakemm jitħallas l-ammont dovut kollu, filwaqt li aktar tard din is-sena se jibdew jittieħdu passi bil-pulizija kontra min ma jibgħatx dokumenti tal-FSS. |
| Id-dipartiment qed | jappella lill-pubbliku biex qabel ma tasallu l-ittra mid-dipartiment ma jċempilx u ma jmurx fl-istess dipartiment biex ma jinħolqux kjuwijiet żejda. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990