Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, XOGĦOL U FAMILJA

pr1255
Date Icon 07/07/2010
MIĊĦUDA QLAJJA’ OĦRATA’ EVARIST BARTOLO
Il-Ministerutal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja jiċħad bil-qawwa kollha l-gidba li ħareġ biha x-Shadow Minister tal-Edukazzjoni, l-Onor. Evarist Bartolo. Bl-istess mod il-Ministeru jiċħad il-qlajja’ li qed tidher illum fil-faċċatta tal-gurnal ‘l-Orizzont’.
Mhux veru li se jkunhemm “tagħlim bi ħlas” għal “suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji”, kif qed jivvintaw id-deputat tal-Oppozizzjoni Evarist Bartolo u ‘l-Orizzont’.
Dan il-Gvern, f’dinil-leġislatura, kif għamel qabel, qed ikompli jintroduċi aktar servizzi edukattivi. Aktar tfal, studenti, żgħażagħ u ġenituri qed jattendu f’istituzzjonijiet ta’ tagħlim u jsegwu korsijiet edukattivi. Il-Gvern qed jagħmel rekord ta’ investiment kbir fil-qasam edukattiv u bl-opportunitajiet li qed ikompli joffri f’dan il-qasam qed jagħti prova wara l-oħra tal-impenn fil-qasam tal-edukazzjoni.
Dan b’kuntrast ma’dak li kien għamel l-Onor. Evarist Bartolo meta kien Ministru tal-Edukazzjoni, meta kien giegħel lill-istudenti jiddejnu biex ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw. Dakinhar l-Onor. Evarist Bartolo kien beda jiżmantella s-sistema tal-istipendji. Il-Gvern elett wara, kien neħħa l-iskema ta’ dejn li kien daħħal l-Onor. Evarist Bartolo. Dan il-Gvern tejjeb l-istipendji u aktar studenti qed igawdu mill-istipendju li llum qed jingħata lil aktar minn 16,000 student u studenta.
Fl-ewwel faċċatatal-lum tal-ġurnal “l-orizzont” b’ittri kbar jingħad se jkun hemm “Tagħlim bi Ħlas” għas-suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji. Il-ġurnal jgħid li talab kumment ta’ Evarist Bartolo dwar dan u kkwotah li qal: “Il-Partit Laburista hu kontra li jiddaħħal il-ħlas biex l-istudenti jitħarrġu f’dawn is-suġġetti”. Hi GIDBA li se jiddaħħal xi ħlas biex studenti jitgħallmu jew jitħarrġu.
Meta mistoqsi jekkjemminx li dan hu “l-ewwel pass biex ikunu żmantellati s-servizzi soċjali”, Evarist Bartolo kien kwotat li qal: “Filwaqt li l-Partit Laburista jemmen li l-affarijiet aktar essenzjali għandhom jibqgħu bla ħlas biex jingħata l-istess ċans lil kulħadd, il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-individwu jridu ikollu l-flus biex jimxi ‘l quddiem”. L-akbar prova li l-Gvern qed iżid il-benefiċċji soċjali rega ta din il-ġimgħa stess meta żied benefiċċju ieħor u n-nefqa fil-qasam soċjali u fil-benefiċċji soċjali qed tiżdied. Il-Gvern li kien ixxaħħaħ mal-qasam soċjali u introduċa taxxi u ħlasijiet fuq is-servizzi tas-saħħa kien il-Gvern li Evarist Bartolo kien jifforma parti minnu bħala Ministru.
“l-Orizzont” komplajigdeb meta qal li “l-Ministeru kkonferma li dawk l-istudenti tal-Form 3 li se japplikaw għal dawn is-suġġetti se jkollhom iħallsu s-somma ta’ €133 għal kors li jdum sejjer tliet snin”. Il-ħlasijiet huma biss għall-eżamijiet li jsiru minn istituzzjonijiet barra minn Malta kif dejjem isir. Madanakollu se jkun hemm eżenzjoni għal każijiet soċjali.
Il-ħlasgħall-eżamijiet jintalab minn kull istituzzjoni edukattiva li toffri ċertifikazzjoni għal eżamijiet. Anke studenti li jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC offruti mill-Universita’ ta’ Malta iħallsu għal dawn l-eżamijiet kif jagħmlu studenti tal-MCAST li jagħmlu l-eżamijiet tal-BTEC. Dawn il-ħlasijiet ilhom jintalbu s-snin minn min jagħmilhom. Madankollu se jkun hemm ukoll eżenzjoni mill-ħlas għal dawn l-eżamijiet għal studenti li jitqiesu bħala każijiet soċjali kif diġa’ jsir għal eżamijiet oħra.
Fil-‘Kulħadd’ ta’nhar il-Ħadd li għadda fi storja oħra ivvintata fuq l-istess suġġett bit-titlu “esperiment bla konsultazzjoni serja”, jingħad fost affarijiet oħra li l-EDEXCEL li toffri l-eżamijiet tal-BTEC, li hi istituzzjoni barranija li toffri ċertifikazzjoni f’dawn is-suġġetti, se tkun qed tesperimenta f’Malta għax imkien ma toffri dawn is-suġġetti li se jkunu ntrodotti fl-iskejjel sekondarji.

Din hi gidba oħra. Fl-Ingilterra biss hemm 350,000 student qed jagħmlu suġġetti offruti mill-BTEC li 91% minnhom qed jagħmlu l-istess korsijiet u livelli ta’ ċertifikazzjoni li se jkunu qed jagħmlu l-istudenti Maltin.

Bl-aktar mod ċar il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Evarist Bartolo, ‘l-Orizzont’ u l-‘Kullħadd’ ippruvaw jinsġu storja ivvintata. Dan hu qerq mill-Oppożizzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow