Left arrow Go Back

LABORATORJU INDIPENDENTI MALTI JIKSEB AKKREDITAZZJONI INTERNAZZJONALI

pr1250
Date Icon 05/07/2010
Solid BaseLaboratory, laboratorju indipendenti u privat Malti li jagħmel testijiet fuq materjal li jintuża mill-industrija tal-kostruzzjoni, ingħata akkreditazzjoni min-NAB-MALTA, Bord Nazzjonali għall-Akkreditazzjoni li għandu rikonoxximent internazzjonali.
Dan ifisser li l-laboratorjugħandu l-kompetenza teknika meħtieġa biex jagħmel testijiet fuq proġetti ta’ kostruzzjoni u jara li dawn huma strutturalment sodi mis-sisien sal-materjal użat. Ifisser ukoll li t-testijiet li jagħmel huma rikonoxxuti barra minn Malta.
Iċ-ċertifikat ta’akkreditazzjoni kien ippreżentat lil Solid Base Laboratory mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Chris Said waqt żjara li għamel fil-laboratorju li jinsab fil-Qasam Industrijali f’Tal-Ħandaq.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li din l-akkreditazzjoni hi l-ogħla livell ta’ kredibilità li jista’ jkollu laboratorju biex kisibha. Solid Base Laboratory kien eżaminat fuq il-ħila tar-riżorsi umani, il-management, il-metodi ta’ ttestjar li juża, l-apparat li jinżamm kalibrat, kif ukoll il-parteċipazzjoni fi proġetti u skemi ma’ laboratorji oħra.
Il-laboratorju huakkreditat biex jagħmel testijiet fuq tarmak, asfalt, siment u concrete. L-akkreditazzjoni hi xhieda li t-testijiet li jagħmel ikunu preċiżi u ta’ min joqgħod fuqhom. Dan hu l-ewwel laboratorju Malti li jopera f’dan is-settur u li kiseb din l-akkreditazzjoni internazzjonali.
L-akkreditazzjoniingħatat wara li saru l-verifiki tekniċi neċessarji min-NAB-MALTA. Dan il-Bord, li hu rikonoxxut madwar l-Ewropa, kien responsabbli mill-analiżi u mill-eżamijiet meħtieġa u li permezz tagħhom kien stabbilit li l-laboratorju jilħaq il-kriterji tal-istandard internazzjonali għal laboratorji MSA EN ISO/IEC 17025.
Solid BaseLaboratory ilu jopera mill-2005 u tul is-snin investa madwar żewġ miljun ewro biex illum għandu apparat tal-ogħla kalibru li permezz tiegħu jistgħu jsiru t-testijiet meħtieġa u bi preċiżjoni daqs laboratorji barranin. Dan il-laboratorju jħaddem 31 ruħ u ħadem fuq diversi proġetti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, tal-Malta International Airport, ta’ SmartCity Malta, tal-Malta Industrial Parks, ta’ Elbros Construction u Vassallo Builders Group Ltd.
Is-SegretarjuParlamentari, Chris Said qal li f’Malta bħalissa hawn seba’ laboratorji, f’oqsma differenti, li għandhom akkreditazzjoni. Fl-Ewropa kollha hemm 12,000 laboratorju akkreditat. Huwa qal li l-Gvern għamel investiment qawwi biex dan is-servizz ta’ akkreditazzjoni jkun jista’ jiġi offrut lokalment. Illum NAB-Malta jħabbatha ma’ bordijiet ta’ akkreditazzjoni ewlenin oħra fl-Ewropa u dan bis-saħħa tal-iffirmar ta’ ftehim multilaterali mal-European Co-operation for Accreditation Bodies. Din hi magħmula mill-bordijiet kollha tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, tal-pajjiżi tal-EFTA u tal-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-UE.
Sa ftit taż-żmienilu, laboratorji Maltin li kienu interessati li jkollhom dan ir-rikonoxximent internazzjonali kellhom japplikaw ma’ bordijiet Ewropej u għaldaqstant l-ispejjeż kienu ferm ogħla. Issa li l-akkreditazzjoni qed tingħata direttament minn Malta, il-ħlas hu ferm anqas.
Is-SegretarjuParlamentari, Chris Said qal li dawn it-tip ta’ rikonoxximenti jaqblu perfettament mal-Viżjoni 2015 tal-Gvern hekk kif waħda mill-miri tagħha hu li Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza fil-manifattura u fis-servizzi ta’ valur miżjud.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow