Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja

pr1246
Date Icon 04/07/2010
Aktar, tfal, studenti u żgħażagħ qedikomplu jgawdu minn inizjattivi fil-qasam edukattiv.  B’riżultat ta’ dan aktar studenti u żgħażagħ qed ikomplu jistudjaw f’firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet edukattivi li qed joffri l-Gvern permezz ta’ istituzzjonijiet edukattivi differenti.  Il-Gvern qed jinvesti fil-livelli kollha edukattivi, sa minn qabel l-istudenti jidħlu fil-primarja sal-livell terzjarju u wara permezz ta’ scholarships biex aktar żgħażagħ ikomplu jispeċjalizzaw.  Fil-fatt din is-sena 432 żgħażugħ u żagħżugħa se jkunu jistgħu ikomplu jistudjaw permezz ta’ scholarships taht l-iskemi ta’ STEPS u MGSS u Boroż tas’ Studju fl-Arti. Dan barra l-fatt li aktar minn €80 miljun mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea qed jintefqu fl-edukazzjoni.
Il-poltika edukattiva ma ssirx billitkun negattiv, kif għażel li jkun il-Kap tal-Oppożizzjoni dal-għodu, iżda b’inizjattivi konkreti li jilħqu lil kulħadd, inkluż bi programmj edukattivi għall-ġenituri wara l-ħinijiet tal-iskola biex jgħinu lil uliedhom fl-iżvilupp edukattiv tagħhom.
Wara li l-Oppożizzjoni tilfet votfil-Parlament kontra l-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina, ir-reazzjoni tal-Mexxej Laburista hi  li jkompli jkun negattiv.
Illum, meta jitkellem dwar l-UnjoniEwropea, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat jipprova jnessi li kien ħadem b’ħiltu kollha biex il-Maltin u l-Għawdxin ma jibbenefikawx mill-vantaġġi tas-sħubija ta’ Malta.  Meta l-Gvern Laburista kien iffriża l-applikazzjoni ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-programmi edukattivi kienet twaqqfet għal kollox u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ dakinhar kien iġġustifika dan billi qal li “dan l-istorbju kollu qed isir għaliex kienu se jgawdu 60 jew 70 student.”  B’rizultat ta’ politika żbaljata il-Partit Laburista ried iċaħħad il-benefiċċji tas-sħubija b’mod permanenti.
Il-Gvern ħadem mal-Unjoni Ewropea liaċċettat li fil-każ tal-programm Youth in Action, dawk l-applikanti li kienu infurmati qabel is-7 ta’ Mejju li l-proġetti tagħhom kienu ingħażlu taħt is-sejħa deċentralizzata tal-2010, dawn jistgħu jitwettqu kif ippjanat.
Il-parteċipazzjoni ta’organizazzjonijiet u individwi Maltin fl-azzjonijiet ċentralizzati tal-Youth in Action ukoll ma ntlaqtitx bis-sospensjoni u allura organizazzjonijiet u individwi Maltin jistgħu japplikaw flimkien ma Aġenziji Nazzjonali oħra.
Dwar il-Programm Lifelong Learning,qed isiru kuntatti kontinwi mal-Kummissjoni biex ikun stabbilit marġni ta’ flessibilita’ taħt dan il-programm.
Madwar 300 student ieħor se jkunujistgħu jibbenefikaw minn inizjattiva ta’ Skambji Diretti li l-Universita’ ta’ Malta qed torganizza flimkien ma’ diversi universitajiet Ewropej li min-naħa tagħhom qablu li ma jitolbux hlasijiet lill-istudenti Maltin li jmorru jagħmlu din l-esperjenza.  Il-Gvern se jgħin finanzjarjament lill-istudenti li jikkwalifikaw biex jagħmlu din l-esperjenza billi jagħtihom €300 fix-xahar tul iż-żmien li jdumu jistudjaw f’universitajiet barranin taħt din l-iskema.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’jipprepeti b’mod żbaljat l-argumenti tiegħu minkejja li mill-inkjesta li saret dwar il-każ ġie li stabbilit li l-kwestjoni tas-sospensjoni qatt ma waslet sal-livell politiku.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow