Stqarrija mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja
pr1246
04/07/2010
| Aktar, tfal, studenti u żgħażagħ qed | ikomplu jgawdu minn inizjattivi fil-qasam edukattiv. B’riżultat ta’ dan aktar studenti u żgħażagħ qed ikomplu jistudjaw f’firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet edukattivi li qed joffri l-Gvern permezz ta’ istituzzjonijiet edukattivi differenti. Il-Gvern qed jinvesti fil-livelli kollha edukattivi, sa minn qabel l-istudenti jidħlu fil-primarja sal-livell terzjarju u wara permezz ta’ scholarships biex aktar żgħażagħ ikomplu jispeċjalizzaw. Fil-fatt din is-sena 432 żgħażugħ u żagħżugħa se jkunu jistgħu ikomplu jistudjaw permezz ta’ scholarships taht l-iskemi ta’ STEPS u MGSS u Boroż tas’ Studju fl-Arti. Dan barra l-fatt li aktar minn €80 miljun mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea qed jintefqu fl-edukazzjoni. |
| Il-poltika edukattiva ma ssirx billi | tkun negattiv, kif għażel li jkun il-Kap tal-Oppożizzjoni dal-għodu, iżda b’inizjattivi konkreti li jilħqu lil kulħadd, inkluż bi programmj edukattivi għall-ġenituri wara l-ħinijiet tal-iskola biex jgħinu lil uliedhom fl-iżvilupp edukattiv tagħhom. |
| Wara li l-Oppożizzjoni tilfet vot | fil-Parlament kontra l-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina, ir-reazzjoni tal-Mexxej Laburista hi li jkompli jkun negattiv. |
| Illum, meta jitkellem dwar l-Unjoni | Ewropea, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat jipprova jnessi li kien ħadem b’ħiltu kollha biex il-Maltin u l-Għawdxin ma jibbenefikawx mill-vantaġġi tas-sħubija ta’ Malta. Meta l-Gvern Laburista kien iffriża l-applikazzjoni ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-programmi edukattivi kienet twaqqfet għal kollox u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ dakinhar kien iġġustifika dan billi qal li “dan l-istorbju kollu qed isir għaliex kienu se jgawdu 60 jew 70 student.” B’rizultat ta’ politika żbaljata il-Partit Laburista ried iċaħħad il-benefiċċji tas-sħubija b’mod permanenti. |
| Il-Gvern ħadem mal-Unjoni Ewropea li | aċċettat li fil-każ tal-programm Youth in Action, dawk l-applikanti li kienu infurmati qabel is-7 ta’ Mejju li l-proġetti tagħhom kienu ingħażlu taħt is-sejħa deċentralizzata tal-2010, dawn jistgħu jitwettqu kif ippjanat. |
| Il-parteċipazzjoni ta’ | organizazzjonijiet u individwi Maltin fl-azzjonijiet ċentralizzati tal-Youth in Action ukoll ma ntlaqtitx bis-sospensjoni u allura organizazzjonijiet u individwi Maltin jistgħu japplikaw flimkien ma Aġenziji Nazzjonali oħra. |
| Dwar il-Programm Lifelong Learning, | qed isiru kuntatti kontinwi mal-Kummissjoni biex ikun stabbilit marġni ta’ flessibilita’ taħt dan il-programm. |
| Madwar 300 student ieħor se jkunu | jistgħu jibbenefikaw minn inizjattiva ta’ Skambji Diretti li l-Universita’ ta’ Malta qed torganizza flimkien ma’ diversi universitajiet Ewropej li min-naħa tagħhom qablu li ma jitolbux hlasijiet lill-istudenti Maltin li jmorru jagħmlu din l-esperjenza. Il-Gvern se jgħin finanzjarjament lill-istudenti li jikkwalifikaw biex jagħmlu din l-esperjenza billi jagħtihom €300 fix-xahar tul iż-żmien li jdumu jistudjaw f’universitajiet barranin taħt din l-iskema. |
| Il-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ | jipprepeti b’mod żbaljat l-argumenti tiegħu minkejja li mill-inkjesta li saret dwar il-każ ġie li stabbilit li l-kwestjoni tas-sospensjoni qatt ma waslet sal-livell politiku. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990