Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN BI TWEĠIBA GĦAD-DISKORS TAL-KAP TAL-OPPOZIZZJONI

pr1244
Date Icon 04/07/2010
Aktar investiment fil-qasam socjali uf’inizjattivi u skemi li joholqu x-xoghol
Il-Gvern qed jinvesti aktar fil-qasamsocjali, fl-edukazzjoni, fi progetti ambjentali u infrastrutturali u qed jincentiva l-investiment produttiv biex jinholoq aktar xoghol.  Dan qed jissarraf f’aktar investiment, zieda fit-turizmu u holqien ta’ impjiegi godda. Dan b’kuntrast ma’ pajjizi ohra li qed izidu t-taxxi, inaqqqsu jew jiffrizaw il-pagi u jnaqqsu l-investiment fl-oqsma socjali u qed ihabbtu wicchom ma’ qghad gholi hafna.
B’sensittivita socjali, warar-revizjoni fil-prezz tal-gas, il-Gvern zied il-beneficcju tal-energija lil 28,000 familja.  Familji li huma intitolati ghal dan il-benefficcju, fejn ta’ l-anqas hemm persuna wahda anzjana, se jinghataw zieda ta’ €25 filwaqt li familji ohra li ghandhom dritt ghal dan il-beneficcju se jinghataw zieda ta’ €15.  Fil-gimghat li gejjin, familji se jircievu cekk tal-energy allowance.  Ghal kull dar se tinghata €30 u maghha jizdiedu €25 ohra ghal kull persuna li hemm fid-dar.  B’hekk 97% tal-familji se jkunu qed jircievu l-energy benefit jew energy allowance minhabba li meta juzaw l-energija b’ghaqal jiffrankaw mill-kont permezz tal-eco reduction.
Flok il-flus jintuzaw f’sussidji,il-Gvern qed juza l-flus fi skemi u incentivi godda biex is-settur privat johloq aktar xoghol.  Minn din is-sena is-sidien tan-negozji zghar u medji jistghu jiffrankaw sa €25,000 f’income tax meta jinvestu u jimpjegaw aktar haddiema.  Din hi biss skema wahda minn fost diversi li habbar il-Gvern biex jghin lis-sidien ta’ hwienet, sidien ta’ negozji zghar u medji, industrijalisti u operaturi fit-turizmu bhar-restorantiera u l-lukandiera.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni flok dawn l-iskemiu l-incentivi jippreferi s-sussdji.  Joseph Muscat kien ipprotesta meta beda l-process ta’ privatizazzjoni tat-tarzna.  Il-privatizazzjoni tat-tarzna fissret li l-poplu ma jibqax johrog flus f’sussidji u li l-investiment u x-xoghol jinholoq mill-privat.  Il-Kap tal-Oppozizzjoni jrid li min ma juzax is-servizzi tal-MEPA jissusiddja u jhallas daqs li kieku qed jaghmel zvilupp.   Dan jikkuntrasta mal-pozizzjoni ta’ l-Onor George Vella li meta kien Ministru responsabbli mill-MEPA kien argumenta kontra s-sostenn finanzarju tal-Gvern lill-MEPA.  It-tariffi taht Gvern Laburista ma kienux gholew minhabba li ssejhet elezzjoni bikrija.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni rega tkellemb’mod zbaljat dwar il-Corporate Village.  Dan l-investiment bi shubija mal-privat se jipprovdi aktar spazju biex jinholoq aktar xoghol, f’setturi li qed jizviluppaw f’pajjizna.  Dan l-investiment se jilqa fih kumpaniji li fost l-ohrajn joffru servizzi fiduċjarji, brokerage, kumpaniji legali u ohrajn ta’ kummerċ internazzjonali.  Dan hu parti mill-progett Vizjoni 2015 li qed jitwettaq f’pajjizna fejn is-settur privat jinvesti aktar u b’hekk jinholoq xoghol ghall-haddiema.
Minkejja l-kritika tal-oppozizzjoni,il-Gvern se jkompli jinvesti aktar fil-qasam tas-sahha, partikolarment fil-kura tal-kancer u l-anzjani.  F’dawn l-ahhar xhur il-Gvern kompla jzid is-servizzi medici li qed jinghataw fosthom bil-ftuh tac-Centru tal-Breast Screening, zieda ta’ medicini godda b’xejn u ezamijiet tal-PET Scan li issa jistghu jigu ordnati mill-konsulenti tal-isptarijiet Mater Dei u Boffa u jsiru fil-privat u l-pazjenti ma jhallsu xejn.  Infetah ukoll il-Blokk tal-anzjani Gwanni Pawlu II li jilqa’ 144 anzjan u anzjana u li hu attrezzat ghall-anzjani li ghandhom id-dimentia.  Kuntrarju ghal dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni dwar l-investiment fl-Isptar Mater Dei, kif digà gie spjegat fil-Parlament, gew eżaminati l-obbligi kontrattwali li kellhom Skanska favur il-Gvern Malti u l-hlasijiet saru skont il-ftehim.
Filwaqt li l-Gvern qed izidis-servizzi tas-sahha b’xejn u qed izid il-medicini li jinghataw b’xejn, din il-gimgha thabbru l-ewwel grupp ta’ 62 medicina li qed jitnaqqsu l-prezz taghhom wara diskussjonijiet li saru mal-importaturi.  Fil-gimghat li gejjin iridu jkomplu t-tahditiet biex jorhsu l-prezzijiet ta’ aktar mediċini li l-Gvern ghadu qed jinsisti li jridu jorhsu.  Din hi politika favur il-konsumatur Malti, li issa spiccat ukoll fil-mira tal-kritika tal-Kap tal-oppozizzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow