PJANI GĦALL-BINI TA’ ĊENTRU TA’ INTERPRETAZZJONI DWAR IL-WIRT ARKEOLOĠIKU U NATURALI TAL-WIED TA’ MĠARR IX-XINI
pr1242
03/07/2010
| Bħala | parti mill-proġett tal-Park Reġjonali tal-Wied ta’ Mġarr ix-Xini hemm pjani biex jinbnew mużew u ċentru ta’ interpretazzjoni sabiex joffru introduzzjoni għall-wied u għall-wirt naturali u arkeoloġiku li dan joffri. Fil-mużew mistennija jkunu esebiti l-oġġetti misjuba waqt l-iskavi arkeoloġiċi li ilhom għaddejjin ħames snin u li mistennija jaslu fi tmiemhom aktar tard din is-sena. |
| Dan | tħabbar waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Said għamel fis-sit arkeoloġiku ta’ Għar ix-Xiħ li jinsab fil-limiti tax-Xewkija. Is-sit hu wieħed minn tnejn li hemm fil-Wied ta’ Mġarr ix-Xini. Is-sit fl-inħawi tal-Loġġa, li fih ukoll għaddejjin skavi, jinsab fil-konfini Ta’ Sannat. |
| Iż-żewġ | siti arkeoloġiċi huma parti integrali mill-proġett tal-Park Reġjonali li qed isir bi sħab bejn iż-żewġ Kunsilli Lokali u bl-għajnuna finanzjarja tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika. Għal dan il-proġett il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat kisbu fondi permezz tal-iSkema ta’ Finanzjament ta’ Proġetti Speċjali f’Lokalitajiet Żgħar. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li din is-sena l-Gvern se jkun qed jgħin fil-finanzjament u fit-twettiq ta’ 15-il proġett speċjali f’daqstant ieħor lokalitajiet żgħar permezz ta’ din l-iskema. Għal dan il-għan se jkun qed joħroġ 237,000 ewro. L-iskema hi mmirata li tgħin lokalitajiet żgħar jagħmlu ċertu proġetti li ma jistgħux jilħqu jagħmlu bl-allokazzjoni finanzjarja diretta li jingħataw kull sena. |
| Il-Wied ta’ Mġarr ix-Xini | qed ikun riabilitat biex jinbidel f’Park Reġjonali. Se jsir aċċessibbli kif kien qabel, b’numru ta’ passaġġi eżistenti li iżda kienu abbandunati qed jinkixfu sabiex jerġgħu jibdew jintużaw. Dan il-wied hu mogħni b’rikkezzi naturali fosthom formazzjonijiet ġeoloġiċi, flora u fauna imprezzabbli. |
| Apparti s-sbuħija | naturali tiegħu, il-wied hu mogħni bi fdalijiet storiċi ta’ ċerta importanza. |
| Mill-iskav arkeoloġiku | f’Għar ix-Xiħ, diġa nkisbu riżultati inkoraġġanti ħafna u ġie stabbilit kważi b’ċertezza li s-sit jinkludi santwarju rurali żgħir. Madwar 1.8 miljun sena ilu, f’dan is-sit aktarx li diġa kien hemm għar naturali li kien imtela b’materjal imkaxkar mill-ilmijiet. Dan il-materjal kien jinkludi għadam tal-annimali li llum m’għadhomx jeżistu fil-gżejjer Maltin. |
| Mijiet ta’ eluf ta’ snin | wara, madwar is-Seklu Sitta u s-Seklu Ħames Qabel Kristu, meta l-għar kien diġa waqa’, il-post kien żviluppat f’santwarju rurali żgħir u aktarx li kien assoċjat mal-port ta’ Mġarr ix-Xini u l-attivita’ marittima li dan kien jiġġenera. Is-santwarju laħaq il-qofol tiegħu bejn is-sena 100 Q.K. u s-sena 100 W.K. Is-sit baqa’ jintuża u kollox jindika li safa abbandunat fis-Seklu Tlieta W.K. |
| Fis-sit hemm evidenza li | s-santwarju kien iffrekwentat anki minn vjaġġaturi barranin li aktarx kienu jaslu bil-baħar fil-port ta’ Mġarr ix-Xini. Hemmhekk kienu jagħmlu offerti ta’ frott tal-art u tal-baħar lill-allat venerati fis-santwarju. |
| B’riżultat tal-istħarriġ | arkeoloġiku fil-Wied ta’ Mġarr ix-Xini qed titfaċċa informazzjoni ġdida u interessanti. Hemm indikazzjonijiet li s-settijiet tal-ħwat li hemm imxerrdin mal-Wied ta’ Mġarr ix-Xini kienu jintużaw biex fihom jingħasar l-għeneb li kien jinqata’ mill-egħlieqi fil-viċin. Dawn kienu jintużaw minn madwar is-Seklu Erbgħa Q.K. sal-perjodu Ruman tardiv. |
| L-iskavi u l-istħarriġ | arkeoloġiku f’Għar ix-Xiħ qed isiru mid-Dipartiment tal-Arkeoloġija u l-Istudji Klassiċi tal-Universita’ ta’ Malta flimkien mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u bis-sehem importanti ta’ numru ta’ studenti tal-arkeoloġija u voluntieri. Hu ppjanat ukoll li eventwalment l-pumping station tas-Seklu 19 li hemm fi Mġarr ix-Xini tkun restawrata u riabilitata bl-għajnuna tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990