Left arrow Mur Lura

L-Oppożizzjoni  trid li  min ma jużax is-servizzi tal-MEPA jissussidja u jħallas daqs li kieku qed jagħmel żvilupp

pr1240
Date Icon 02/07/2010
Meta l-Oppożizzjoni  kienetfil-Gvern, kienet qed taħseb sabiex tgħolli it-tariffi tal-MEPA sabiex din l-Awtorita’ ma jkollhiex bżonn is-sostenn mill-Gvern.   Dan kien iddikjarah l-Onor George Vella li kien il-Ministru responsabbli mill-MEPA.  It-tariffi ma kinux gholew minħabba li ssejħet elezzjoni bikrija.   Minkejja li meta l-Oppożizzjoni kienet fil-Gvern, kienet lesta tgħolli t-tariffi llum qed toħroġ kontra ir-reviżjoni tat-tariffi tal-MEPA li tħabbru l-bierah.
Din ir-revizjoni fit-tariffi tal-MEPAkienet necessarja propju sabiex il-MEPA ma tibqax tiġi ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu.  Ir-reviżjoni saret biex min jagħmel applikazzjoni għal żvilupp iħallas tal-ispejjeż marbuta biex tiġi proċessata l-applikazzjoni.  Sa llum billi, r-rati qatt ma nbiddlu mill-1993 ‘l hawn, min ma jagħmilx żvilupp kien qiegħed jissussidja s-servizzi li toffri l-MEPA.   Iż-żidiet fit-tariffi ġew maħduma b’mod li min jiflaħ anqas ser iġorr anqas. Għalhekk mhuwiex veru li dawn it-tariffi ser jitfgħu il-piż fuq il-familji Maltin u Għawdxin.
Fostl-esaġerazzjonijiet u l-iżbalji tal-kelliem tal-Oppożizzjoni fl-istqarrija tiegħu hemm li se jintalab ħlas għall-pariri dwar applikazzjonijiet.  Dan mhux minnu.
Mhux veru lanqas li l-MEPA sertgħaddi l-flus li ħalsu applikanti għall-parkeġġ mingħajr trasparenza. Kif diġa’ ġie spejgat lill-Oppożizzjoni l-flus li għandha l-MEPA sabiex jintuża għal skopijiet marbut mat-trasport ser jingħaddew lil Trasport Malta. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-MEPA u Trasport Malta fuq l-użu ta’ dan il-fondi u dan sabiex jiġi żgurat li dawn il-fondi jintużaw għall-iskop li għalih inġabru. Ma jagħmilx sens li l-MEPA tidħol għall-proġetti marbuta ma’ transport meta llum hemm Awtorita’ responsabbli mit-Trasport.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow