Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U  AFFARIJIET RURALI

pr1239
Date Icon 02/07/2010

Il-Gvern qed jindirizza l-kwistjoni tal-estrazzjoni tal-ilma b’mod konkret

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-istqarrija maħruġa llum mill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista (MEP) Edward Scicluna.  Kien ikun ferm iktar għaqli li kieku l-MEP Edward Scicluna uża l-enerġija tiegħu biex qabel xejn iġib kunsens fost il-Partit tiegħu għall-miżuri kuraġġużi u konkreti li qed jieħu l-Gvern biex jindirizza l-estrazzjoni tal-ilma f’pajjiżna. 

Jidher li l-MEP Edward Scicluna jew ma jafx x’qed jiġri f’Malta inkella irid ifixkel il-proċess li diġa beda dan il-Gvern. 

Fil-fatt, il-Gvern diġa ħa dawn il-miżuri konkreti:

  • kompla l-proċess ta’ reġistrar tal-ispieri u boreholes li kien hawn f’pajjiżna, fejn irriżulta li b’kollox hawn madwar 8,000 borehole;
  • obbliga lil kull min jissupplixxi l-ilma permezz tal-bowsers li jrid ikollu liċenzja maħruġa apposta mill-MRA biex ikun jista’ jissupplixxi l-ilma kif ukoll obbliga li jkun installat tracking system fuq kull bowser reġistrat.  Dan sar sabiex ikunu magħruf minn fejn qed jiġi estratt l-ilma u fejn qed jittieħed;
  • ħareġ Avviż Legali ieħor Nru. 241 li jobbliga lil kull min għandu borehole biex jinstalla meter ma’ kull borehole ħlief f’każijiet eċċezzjonali; l-installazzjoni ta’ dan il-meter jinvolvi ħlas hlief fil-każ tal-bdiewa tagħna fejn se jkunu użati fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan.

Wieħed jistenna lil Edward Scicluna li mill-aktar fis jagħmel dikjarazzjoni ċara fejn fiha jgħid li qed jaqbel ma’ dawn il-miżuri konkreti li qed jieħu l-Gvern u li hu se jkun minn ta’ quddiem nett biex jikkonvinċi lill-Partit ta’ l-Oppożizzjoni biex ikollu pożizzjoni ċara favur dawn il-miżuri li ħa l-Gvern għax s’issa kien hemm biss pożizzjonijiet kunfliġġenti minn Deputati tal-Partit ta’ l-Opożizzjoni, u saħansitra l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Agrikoltura Joe Sammut kiteb kontra l-installazzjoni tal-meters.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow