Left arrow Mur Lura

WARRANTS LIL TMIEN AVUKATI ĠODDA

pr1238
Date Icon 02/07/2010
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. CarmMifsud Bonnici, illum wara nofsinhar ippreżenta l-warrant lil tmien avukati ġodda wara li dawn temmew b’suċċess l-istudji tagħhom. Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm il-U.T. il-Prim Imħallef Dr. Vincent De Gaetano, il-President tal-Kamra tal-Avukati Dr. Andrew Borg Cardona u l-Avukat Ġenerali Dr. Silvio Camilleri.
Waqtindirizz qasir lill-avukati ġodda, il-Ministru qal li l-karriera ta’ avukat hija waħda li ġġib responsabilitajiet kbar magħha. Hu stqarr li hu jemmen li l-Qorti hija l-post li tipprepara u tbaskat lill-avukati biex ikunu ppreparati aħjar u jħarrġu moħħhom sabiex imorru direttament għall-punt.
Il-Ministru Mifsud Bonnici ħeġġeġ lill-avukati ġoddasabiex meta jkunu iffaċċjati b’għażla bejn l-opportunità li jagħmlu aktar flus u l-prinċipju, jagħżlu dejjem li jħarsu l-prinċipju. Il-Qorti hija l-post fejn din l-għażla titpoġġa fil-prattika l-ħin kollu u għalhekk il-prattika fil-Qorti hija dik li  tagħmilhom avukati ta’ veru.
Il-Ministru qal ukoll li l-prattika fil-Qortiffurmat il-karrieri tal-persuni li kienu preżenti waqt iċ-ċerimonja tal-lum, fosthom tal-U.T. il-Prim Imħallef li qabel beda l-karriera fil-Ġudikatura Maltija, kien għaqqad snin twal ta’ esperjenza jipprattika bħala avukat f’diversi ġurijiet u kawżi oħra. Hu qal li hu konvint li din l-esperjenza kienet dak li wassal sabiex mhux biss Dr. De Gaetano jilħaq l-ogħla kariga fil-Ġudikatura, iżda saħansitra wasslitu biex minn hawn u tliet xhur oħra jkun jista’ jieħu l-kariga tiegħu bħala Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu.
Il-Ministru temm billi ta’ kredtu għat-tmexxijatal-U.T. il-Prim Imħallef li wasslet sabiex jiġu rreġistrati diversi passi pożittivi fil-Qrati, partikolarment fit-tnaqqis tal-kawżi pendenti.
Mill-istatistika jidher ċar li l-proporzjon ta’kawżi li ilhom pendenti anqas minn tliet snin fil-Qorti illum żdiedet għal 61%. Din titqabbel sew ma tliet snin ilu meta 50% biss tal-kawżi kienu ilhom pendenti tliet snin jew anqas. Kien hemm ukoll tnaqqis fil-kawżi pendenti quddiem il-Qrati li issa jinsabu fil-livell ta’ 10,500 kawża, kif ukoll tnaqqis ta’ 12% fil-kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell Superjuri meta imqabbel mas-sena l-oħra.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow