IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR. JASON AZZOPARDI JŻUR KOLS LTD.
pr1237
02/07/2010
| Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u | Artijiet l-Onor. Jason Azzopardi llum issokkta biż-żjarat tiegħu ġewwa l-koperattivi, bi żjara fil-Kols Ltd. Din il-koperattiva toffri servizz ta’ laundry għall-isptarijiet kollha tal-Gvern f’Malta u Għawdex, kif ukoll uħud mill-privat. |
| Jason | Azzopardi ddeskriva din il-koperattiva bħala storja oħra ta’ suċċess, li tul is-snin li ilha topera mill-1999, għamlet passi kbar. Is-sodisfazzjon li jidher fuq l-uċuh ta’ kull wieħed u waħda mill-membri tal-koperattiva huwa prova tas-suċċess tal-mudell koperattiv. Is-suċċess ta’ din il-koperattiva u bosta oħrajn iwassal b’mod iżjed ċar il-messaġġ tal-Jum Dinji tal-Koperattivi li n-Nazzjonijiet Uniti flimkien mal-International Cooperatives Alliance, ser tkun qed tiċċelebra għada, l-ewwel Sibt ta’ Lulju. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-messaġġ magħżul | għal din is-sena huwa ‘Cooperatives Enterprise Empowers Women’. Din it-tema tenfasizza il-mudell koperattiv li jista’ jkollu suċċess biex jippromwovi u jgħin ‘l mara fil-post tax-xogħol. Il-Koperattivi għandhom rwol importanti x’jaqdu, għax jistgħu tassew jipprovdu kundizzjonijiet ideali għall-bżonnijiet tal-mara li trid taħdem filwaqt li itejjbu is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali tal-mara. |
Il-Gvern irid ikompli jkattar is-suċċess ta’ din il-koperattiva u oħrajn billi jkun qrib tal-membri ta’ dan il-moviment. Għal dan il-għan, ġie mniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika biex jiġbor il-kummenti u s-suġġerimenti ta’ dawk kollha li jinteressahom il-moviment koperattiv. Dan qed isir billi ġie ppublikat dokument, li qed iservi ta’ bażi għall-konsultazzjoni, fuq is-sit www.konsultakop.gov.mt.
| Jason | Azzopardi feraħ lill-membri kollha ta’ Kols Ltd li flimkien ħadmu fl-aħħar snin biex illum jinsabu jgawdu kondizzjonijiet ferm itjeb minn dawk li kellhom, joffru servizz itjeb lill-klijenti tagħhom, u dan kollu għall-ġid tagħhom infushom, u għall-familji tagħhom. Huwa feraħ lil Kols Ltd għas-sens ċiviku li għandha, illi toffri is-servizzi tagħha lid-Dar tal-Providenza u d-Dar Arka f’Għawdex b’xejn. Kols Ltd tħallas ukoll għal numru ta’ Masters Degrees u PhDs għall-membri tagħha. |
| Is-Segretarju Parlamentari nnota b’sodisfazzjon | ukoll il-fatt li fl-aħħar xhur, Kols Ltd ħasbet li tnaqqas il-carbon footprint tagħha b’44%, billi investiet €90,000 f’modernizzar tal-Boiler Room li minn Novembru li għadda hija responsabbilita tal-istess koperattiva. Huwa faħħar id-direzzjoni li qed tieħu din il-koperattiva speċjalment il-pjanijiet li għandha biex tkompli tnaqqas it-tniġġis fl-arja għal 60%, u dan billi tinvesti f’teknoloġija ta’ pannelli solari. |
| Kols Ltd tilqa’ fi | ħdanha 40 membru, li huma impjegati tas-settur pubbliku. Fl-2009 għamlet turnover ta’ €2.988 miljun. Apparti is-servizz ta’ laundry fi żmien 24 siegħa, Kols Ltd tagħmel servizz ta’ inventarju, u tieħu ħsieb li kull klijent ikun provdut bil-bjankerija kollha neċessarja. F’ġurnata mingħand Kols Ltd jgħaddu 9,000 liżar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990