Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR. JASON AZZOPARDI JŻUR KOLS LTD.

pr1237
Date Icon 02/07/2010
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar uArtijiet l-Onor. Jason Azzopardi llum issokkta biż-żjarat tiegħu ġewwa l-koperattivi, bi żjara fil-Kols Ltd.  Din il-koperattiva toffri servizz ta’ laundry għall-isptarijiet kollha tal-Gvern f’Malta u Għawdex, kif ukoll uħud mill-privat.
JasonAzzopardi ddeskriva din il-koperattiva bħala storja oħra ta’ suċċess, li tul is-snin li ilha topera mill-1999, għamlet passi kbar.  Is-sodisfazzjon li jidher fuq l-uċuh ta’ kull wieħed u waħda mill-membri tal-koperattiva huwa prova tas-suċċess tal-mudell koperattiv.  Is-suċċess ta’ din il-koperattiva u bosta oħrajn iwassal b’mod iżjed ċar il-messaġġ tal-Jum Dinji tal-Koperattivi li n-Nazzjonijiet Uniti flimkien mal-International Cooperatives Alliance, ser tkun qed tiċċelebra għada, l-ewwel Sibt ta’ Lulju.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-messaġġ magħżulgħal din is-sena huwa ‘Cooperatives Enterprise Empowers Women’.  Din it-tema tenfasizza il-mudell koperattiv li jista’ jkollu suċċess biex jippromwovi u jgħin ‘l mara fil-post tax-xogħol.  Il-Koperattivi għandhom rwol importanti x’jaqdu, għax jistgħu tassew jipprovdu kundizzjonijiet ideali għall-bżonnijiet tal-mara li trid taħdem filwaqt li itejjbu is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali tal-mara.

Il-Gvern irid ikompli jkattar is-suċċess ta’ din il-koperattiva u oħrajn billi jkun qrib tal-membri ta’ dan il-moviment.  Għal dan il-għan, ġie mniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika biex jiġbor il-kummenti u s-suġġerimenti ta’ dawk kollha li jinteressahom il-moviment koperattiv.  Dan qed isir billi ġie ppublikat dokument, li qed iservi ta’ bażi għall-konsultazzjoni, fuq is-sit www.konsultakop.gov.mt.

JasonAzzopardi feraħ lill-membri kollha ta’ Kols Ltd li flimkien ħadmu fl-aħħar snin biex illum jinsabu jgawdu kondizzjonijiet ferm itjeb minn dawk li kellhom, joffru servizz itjeb lill-klijenti tagħhom, u dan kollu għall-ġid tagħhom infushom, u għall-familji tagħhom.  Huwa feraħ lil Kols Ltd għas-sens ċiviku li għandha, illi toffri is-servizzi tagħha lid-Dar tal-Providenza u d-Dar Arka f’Għawdex b’xejn.  Kols Ltd tħallas ukoll għal numru ta’ Masters Degrees u PhDs għall-membri tagħha.
Is-Segretarju Parlamentari nnota b’sodisfazzjonukoll il-fatt li fl-aħħar xhur, Kols Ltd ħasbet li tnaqqas il-carbon footprint tagħha b’44%, billi investiet €90,000 f’modernizzar tal-Boiler Room li minn Novembru li għadda hija responsabbilita tal-istess koperattiva.  Huwa faħħar id-direzzjoni li qed tieħu din il-koperattiva speċjalment il-pjanijiet li għandha biex tkompli tnaqqas it-tniġġis fl-arja għal 60%, u dan billi tinvesti f’teknoloġija ta’ pannelli solari.
Kols Ltd tilqa’ fiħdanha 40 membru, li huma impjegati tas-settur pubbliku.  Fl-2009 għamlet turnover ta’ €2.988 miljun.  Apparti is-servizz ta’ laundry fi żmien 24 siegħa, Kols Ltd tagħmel servizz ta’ inventarju, u tieħu ħsieb li kull klijent ikun provdut bil-bjankerija kollha neċessarja.  F’ġurnata mingħand Kols Ltd jgħaddu 9,000 liżar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow