GĦAJNUNA LIL 21 KUNSILL LOKALI GĦAR-RESTAWR TA’ 75 POST STORIKU
pr1235
02/07/2010
| Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli | Lokali qed jagħti għajnuna finanzjarja lil 21 Kunsill Lokali biex iwettqu proġetti u interventi ta’ restawr fuq 75 post storiku jew xogħlijiet tal-arti. Dawn jinkludu sitta u erbgħin niċċa, ħmistax-il statwa, seba’ gandlieri, erba’ slaleb tad-dejma, artal, monument u pittura. |
| L-għajnuna se tkun qed tingħata permezz tal-Iskema | ta’ Finanzjament għal Restawr ta’ Postijiet Storiċi li tnediet għall-ewwel darba din is-sena u li hi maħsuba biex postijiet storiċi żgħar fil-lokalitajiet ikunu jistgħu jiġu restawrati mill-Kunsilli Lokali stess. |
| Waqt it-tnedija ta’ din l-iskema is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Said qal li bħala parti mit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali, dawn ingħataw il-funzjoni li jħarsu l-identità lokali billi jieħdu dawk l-inizjattivi neċessarji sabiex iħarsu l-wirt storiku u kulturali, it-tradizzjonijiet u l-folklor li jiddistingwu l-lokalita’ tagħhom minn oħrajn. |
| Permezz ta’ dan il-fond se jkunu qed jingħataw | madwar 161,000 ewro f’għajnuna bil-Kunsilli Lokali jridu joħorġu sehmhom sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-proġetti li daħlu għalihom. |
| Fil-Għargħur se jkun restawrat kwadru tal-Madonna | tal-Ħniena Divina li tpitter madwar erba’ mitt sena ilu. Isem l-artist mhux magħruf madanakollu l-kwadru għandu ċerta importanza storika peress li juri wkoll lil San Girgor - il-qaddis li hu marbut ma’ isem din il-lokalita’. |
| Fir-Rabat Malta se jkun restawrat monument li | jitqies bħala simbolu qawwi tal-miġja ta’ San Pawl fil-gżejjer Maltin. Dan il-monument jinkludi xbiegħa tal-lifa li skond l-Atti ta’ l-Appostli telgħat ma’ id San Pawl mingħajr ma għamlitlu l-ebda ħsara. Il-monument jinstab fuq proprjeta` privata tal-Knisja u r-restawr se jsir bil-kunsens tal-Arċipriet u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl. |
| Ħal Kirkop se | jingħata flus biex jirrestawra 11-il statwa tal-ġebel li jinsabu f’niċeċ imxerrdin madwar ir-raħal kollu. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard se jingħata flus biex jirrestawra artal u seba’ gandlieri fil-Kappella ta’ San Pawl. |
| L-Onor. Chris Said | qal li f’dawn l-aħħar sentejn il-Gvern żied l-allokazzjoni finanzjarja diretta tal-Kunsilli Lokali minn 24 miljun ewro għal 31 miljun ewro. Minbarra dawn il-flus, il-Kunsilli Lokali jistgħu jagħmlu użu minn miljuni ta’ ewro oħra li qed jitpoġġew għad-dispozizzjoni tal-Kunsilli Lokali permezz ta’ skemi differenti ta’ għajnuna. L-Iskema ta’ Finanzjament għal Restawr ta’ Postijiet Storiċi hi waħda minn dawn. Barra minn hekk il-Kunsilli Lokali huma mħeġġa jużaw bl-aħjar mod il-Fondi għall-Iżvilupp Urban tal-MEPA, u l-fondi tal-Unjoni Ewropea. |
| Il-Kunsilli Lokali li se jingħataw l-għajnuna biex | jirrestawraw postijiet storiċi jinkludu erbatax f’Malta u seba’ f’Għawdex. F’Malta se tingħata għajnuna lill-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Ħal Qormi, Ħ’Attard, Ħad Dingli, il-Fgura, Ħal Kirkop, il-Marsa, Marsaskala, il-Mosta, ir-Rabat f’Malta, l-Imtarfa, Tal-Pieta’, l-Birgu u l-Għargħur. F’Għawdex se tingħata għajnuna lill-Kunsilli Lokali ta’ Kerċem, il-Munxar, in-Nadur, San Lawrenz, ix-Xagħra, ir-Rabat f’Għawdex, u l-Għarb. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990