Left arrow Mur Lura

ĦATRA TA’ CHAIRMAN U KAP EŻEKUTTIV TAL-BUILDING INDUSTRY CONSULTATIVE COUNCIL

pr1234
Date Icon 02/07/2010
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ħatarlill-Onor. Ċensu Galea BE&A, A&CE, MP bħala Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Building Industry Consultative Council (BICC).  It-terminu tal-ħatra huwa ta’ tliet snin u jagħlaq fil-21 ta’ Ġunju 2013.
L-Onor. Galea twieled fl-1956 u ggradwa bħala Peritfl-1982.  Hu ilu jkun elett fil-Parlament f’kull Elezzjoni Ġenerali sa’ mill-1987 u serva fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari (1992-1994) u Ministru (1994-1996; 1998-2008).  Din is-sena l-Onor. Galea nħatar  Deputy Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Il-BICC huwa kumitat konsultattiv li jiġbor fihrappreżentanti tal-istakeholders ewlenin tal-industrija tal-bini u l-għan ewlieni tal-kumitat huwa li jkompli jtejjeb l-industrija bis-sehem tal-imsieħba ewlenin.
Il-Ministru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali,l-Onor. George Pullicino rringrazzja liċ-Chairman ta’ qabel, il-Perit John Ebejer tax-xogħol tiegħu.  Il-Ministru Pullicino qal li l-Perit Ebejer ser ikompli jagħti l-kontribut tiegħu kemm fil-BICC kif ukoll f’oqsma oħra fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
Il-Ministru Pullicino sostna li bil-ħatra tal-OnorGalea hu jinsab fiduċjuż li x-xogħol importanti tal-Kunsill se jitkompla u qal li bl-esperjenza tiegħu kemm bħala Perit, Membru Parlamentari u Ministru, l-Onor Galea żgur se jkun ta’ xprun biex dan il-Kumitat ikompli jkun għodda importanti biex dan is-settur tant importanti jkompli jkun modernizzat u mħejji għall-isfidi ta’ llum.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow