ĦATRA TA’ CHAIRMAN U KAP EŻEKUTTIV TAL-BUILDING INDUSTRY CONSULTATIVE COUNCIL
pr1234
02/07/2010
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ħatar | lill-Onor. Ċensu Galea BE&A, A&CE, MP bħala Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Building Industry Consultative Council (BICC). It-terminu tal-ħatra huwa ta’ tliet snin u jagħlaq fil-21 ta’ Ġunju 2013. |
| L-Onor. Galea twieled fl-1956 u ggradwa bħala Perit | fl-1982. Hu ilu jkun elett fil-Parlament f’kull Elezzjoni Ġenerali sa’ mill-1987 u serva fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari (1992-1994) u Ministru (1994-1996; 1998-2008). Din is-sena l-Onor. Galea nħatar Deputy Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti. |
| Il-BICC huwa kumitat konsultattiv li jiġbor fih | rappreżentanti tal-istakeholders ewlenin tal-industrija tal-bini u l-għan ewlieni tal-kumitat huwa li jkompli jtejjeb l-industrija bis-sehem tal-imsieħba ewlenin. |
| Il-Ministru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali, | l-Onor. George Pullicino rringrazzja liċ-Chairman ta’ qabel, il-Perit John Ebejer tax-xogħol tiegħu. Il-Ministru Pullicino qal li l-Perit Ebejer ser ikompli jagħti l-kontribut tiegħu kemm fil-BICC kif ukoll f’oqsma oħra fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. |
| Il-Ministru Pullicino sostna li bil-ħatra tal-Onor | Galea hu jinsab fiduċjuż li x-xogħol importanti tal-Kunsill se jitkompla u qal li bl-esperjenza tiegħu kemm bħala Perit, Membru Parlamentari u Ministru, l-Onor Galea żgur se jkun ta’ xprun biex dan il-Kumitat ikompli jkun għodda importanti biex dan is-settur tant importanti jkompli jkun modernizzat u mħejji għall-isfidi ta’ llum. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990