Left arrow Go Back

IL-KONSUMATUR IGAWDI MINN ROĦS FIL-PREZZ TA’ 62 MEDIĊINA

pr1232
Date Icon 02/07/2010

Dan hu l-ewwel pass u l-Gvern impenjat ikompli bl-isforzi tiegħu biex fi żmien qasir jorħsu aktar mediċini

Wara taħditiet bejn il-Gvern u importaturi tal-mediċini, bdew jorħsu l-prezzijiet ta’ 62 mediċina li jinbiegħu fil-gżejjer Maltin. 54 mediċina se jkunu qed jorħsu bejn 6 fil-mija u 40 fil-mija filwaqt li se jkun hemm mediċina li se torħos saħanistra b’67 fil-mija.

Xi importaturi diġà raħħsu l-prezzijiet tal-mediċini tagħhom u għaldaqstant dan qed jirrifletti ruħu fil-prezz ta’ 51 mediċina li diġà qed jinbiegħu bi prezz imraħħas fl-ispiżeriji.

Ir-roħs hu effettiv fuq il-konsenji l-ġodda tal-mediċini li jinbiegħu lill-ispiżeriji. Il-mediċini li diġà jinsabu fl-ispiżeriji se jibqgħu jinbiegħu bil-prezz l-antik sakemm jispiċċaw. Il-prezz il-ġdid ta’ tmien mediċini se jidħol fis-seħħ minn Awwissu li ġej, filwaqt li tlieta oħra se jorħsu f’Settembru.

Id-Dipartiment għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni mill-ewwel se jkun qed jagħmel spezzjonijiet fl-ispiżeriji biex jara li dawn il-prezzijiet qed jinżammu.

Ftehim dwar dan kollu ntlaħaq wara sensiela ta’ taħditiet bejn il-Gvern, id-Dipartiment għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, u l-importaturi. Dawn it-taħditiet li tmexxew mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur Chris Said, ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar ġimgħat.

Il-Gvern qed iqis dan l-iżvilupp bħala l-ewwel pass u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jkomplu t-taħditiet biex jorħsu l-prezzijiet ta’ aktar mediċini li l-Gvern għadu qed jinsisti li jridu jorħsu.

Din it-tabella turi l-ammont ta’ mediċini li se jorħsu mqassma skont il-perċentwal ta’ roħs fil-prezzijiet rispettivi.

Perċentwal ta’ Roħs fil-Prezz

Numru ta’ Mediċini

sa 20%

38

21% sa 30%

11

31% sa 40%

9

41% sa 50%

3

> 51%

1

Il-mediċina li se torħos l-aktar hi s-Septrin Paediatric Suspension 100ml li tintuża f’każijiet ta’ tfal li jbatu b’infezzjoni fil-pulmun. Din se torħos b’67 fil-mija. Il-prezz taz-Zocor 40mg X28, pilloli li jittieħdu minn persuni li jridu jnaqqsu l-kolesterol, minn persuni li jbatu bid-diabete jew li huma f’riskju ta’ attakk tal-qalb, se jorħos bin-nofs. Verżjonijiet oħra tal-istess mediċina se jorħsu bi 42 fil-mija u b’29 fil-mija.

Il-mediċina Zovirax 800mg X35, li tintuża minn persuni b’infezzjonijiet tal-ġilda, se torħos bi €82.72. Min-naħa l-oħra il-Locoid Scalp Lotion 0.1%  se jorħos b’€1.15.

Il-lista tal-prezzijiet tal-mediċini li qed jorħsu qed tkun pubblikata ma’ din l-istqarrija.

      Il-mediċina                   Doża               Il-prezz attwali    Il-prezz il-ġdid   Ir-roħs fil-prezz

Perċentwal ta’ Roħs fil-Prezz

Numru ta’ Mediċini

sa 20%

38

21% sa 30%

11

31% sa 40%

9

41% sa 50%

3

> 51%

1

Tablet 1mg X 30

6.01

5.71

-0.30

Amaryl® 2mg

Tablet 2mg X 30

9.74

7.27

-2.47

Amaryl® 3mg

Tablet 3mg  X 30

12.16

11.30

-0.86

Amaryl® 4mg

Tablet 4mg X 30

14.40

11.87

-2.53

Augmentin

Film-coated tablets 375mg  x 21

13.02

11.76

-1.26

Avandament

500mg/1mg X 112

46.87

39.50

-7.37

Avandament

300mg/2mg X 112

93.41

77.63

-15.78

Avandia

film-coated tablets 4mg X 28

48.57

35.48

-13.09

Benylin® Children's Chesty Coughs

Syrup X 125ml

5.31

4.39

-0.92

Benylin® Children's Night Coughs

Syrup X 125ml

5.24

4.39

-0.85

Betnovate™ Scalp Application 0.1% w-w Cutaneous Solution

Scalp application X 100ml

12.19

9.86

-2.33

Canesten Pessaries

Passaries 100mg X 6

7.55

6.21

-1.34

Canesten®

Cream X 20gr

4.96

4.67

-0.29

Canesten®

Cutaneous spray solution X 40ml

9.71

7.90

-1.81

Canesten® HC

Cream x 30gr

8.34

7.14

-1.20

Ciproxin® 

Tablets 250 mg x 10

13.88

11.33

-2.55

Ciproxin® 

Tablets 500 mg x 10

23.18

19.80

-3.38

Cozaar

Film-coated Tablets 50mg x 28

32.94

24.85

-8.09

Cozaar®-COMP 50-12.5 Film Coated Tablets

Film-coated Tablets x 28

34.92

27.63

-7.29

Cutivate® Cream

Cream X 15g

6.68

5.09

-1.59

Daktarin™

Cutaneous powder X 20gr

4.82

3.42

-1.40

Engerix B 

Suspension for injection X 1

26.66

23.38

-3.28

Eumovate® Cream

Cream x 30g

4.54

4.14

-0.40

Fosamax® Once Weekly 70mg

Tablets  70mg X 4

47.08

32.60

-14.48

Glucobay 100

Tablet X 90

25.16

22.64

-2.52

Glucobay 50

Tablet X 90

18.45

16.97

-1.48

Isotrex

Gel For topical application X 30g

14.65

14.00

-0.65

Kamadrin

Tablets 5mg X 100

12.49

8.71

-3.78

Klacid®

Granules for oral suspension 125 mg per 5 ml X 60ml

11.51

10.67

-0.84

Klacid®

Granules for oral suspension 125 mg per 5 ml X 100ml

16.10

15.17

-0.93

Levitra

Tablets 5mg X 30

38.13

36.19

-1.94

Levitra

Tablets 10mg X 30

43.98

39.33

-4.65

Lipitor®

Film-coated tablets 10mg x 28

36.08

23.33

-12.75

Lipitor®

Film-coated tablets 40mg x 28

53.46

47.95

-5.51

Lipitor®

Film-coated tablets 20mg x 28

45.05

42.00

-3.05

Locoid Crelo® 0.1%

Cutaneous emulsion X 30g

7.19

6.61

-0.58

Locoid Lipocream® 0.1%

Cream X 30g

7.19

6.39

-0.80

Locoid® Cream 0.1%

Cream X 30g

7.19

6.39

-0.80

Locoid® Scalp Lotion 0.1%

Ointment X 30g

7.19

6.04

-1.15

Lustral™

Film-coated tablets 100mg X 28

50.83

48.02

-2.81

Lustral™

Film-coated tablets 50 mg X 28

31.12

29.39

-1.73

Orelox®

Film-coated tablets 100mg x 10

13.29

12.41

-0.88

Oropram

Film-coated tablets 20mg X 28

15.72

12.59

-3.13

Otosporin Ear Drops

Suspension X 5ml

4.61

4.14

-0.47

Primolut N tabs

Tablets 5mg X 30

6.14

4.54

-1.60

Proscar

Film-coated tabelst 5mg X 28

45.56

30.77

-14.79

Reminyl™

Film-coated tablets 12mg X 56

119.73

108.25

-11.48

Septrin® Paediatric Suspension

Oral suspension x 100ml

9.92

3.28

-6.64

Seroxat

Film-coated tablets 20mg X 30

21.97

19.80

-2.17

Sivacor

Film-coated tablets 20mg X 30

18.63

10.71

-7.92

Sivacor

Film-coated tablets 40mg X 30

23.29

14.22

-9.07

Yasmin

Film coated tablets 21 X 3

27.49

25.59

-1.90

Zantac

Injection 2ml X 5amps

11.51

7.47

-4.04

Zantac®

Tablet 150mg  X 60

28.75

19.39

-9.36

Zantac®

Tablet 300mg X 30

27.93

19.39

-8.40

Zithromax™

Powder for oral suspension 200 mg per 5 ml X 15ml

11.74

11.51

-0.23

Zocor®

Film-coated Tablets 10mg X 28

26.88

15.72

-11.16

Zocor®

Film-coated Tablets 20mg X 28

34.94

24.77

-10.17

Zocor®

Film-coated Tablets 40mg X 28

62.40

31.30

-31.10

Zovirax

Tablets 800mg  x 35

221.49

138.71

-82.78

Il-Gvern jirrikonoxxi lidan l-ewwel pass hu pożittiv u se jżid l-impenn tiegħu biex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin jitħabbar aktar roħs fil-prezzijiet ta’ mediċini oħra.
It-taħditiet bejnil-Gvern u l-importaturi tmexxew mis-Segretarju Parlamentari Chris Said. Fil-ġimgħat li għaddew il-Gvern ressaq proposti quddiem l-importaturi tal-mediċini biex il-prezzijiet tal-mediċini jinżlu f’livelli aċċettabbli. Numru sostanzjali ta’ importaturi tal-mediċini fehmu l-pożizzjoni tal-Gvern Malti u min-naħa tagħhom ressqu proposti dwar roħs fil-prezzijiet tal-mediċini li huma direttament responsabbli minnhom.
Is-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Konsumatur Chris Said jinnota r-rieda tajba ta’ importaturi li fehmu l-ħtieġa li l-prezzijiet tal-mediċini jorħsu fl-interess tal-konsumatur.
Chris Said irringrazzjawkoll lill-Kamra tal-Kummerċ, lill-PRIMA u lill-GRTU, li jirrappreżentaw lill-importaturi tal-mediċini, għas-sehem tagħhom fin-negozjati u għall-impenn tagħhom biex ikomplu t-taħditiet sabiex jorħsu aktar prezzijiet tal-mediċini.
Hu qal ukoll li d-Dipartimentgħall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni se jkun qed iwettaq il-verifiki neċessarji biex jassigura li l-prezzijiet tal-istocks il-ġodda tal-mediċini imsemmija fil-lista ppubblikata, jkunu jirriflettu l-ftehim milħuq mal-importaturi.
Fl-aħħarnett Chris Saidstieden lil kulħadd biex issa li sar l-ewwel pass ikomplu d-diskussjonijiet madwar il-mejda tan-negozjati sabiex fl-interess tal-konsumatur ikomplu jiġu identifikati l-mediċini li l-prezzijiet tagħhom għandhom jorħsu biex jirriflettu l-valur tagħhom.
Min jixtieq aktarinformazzjoni jista’ jċempel fuq il-linja 21446446. Il-linji tat-telefon se jkunu miftuħa minn għada s-Sibt 3 ta’ Lulju ’il quddiem bejn it-8.00am u t-8.00pm.

Jistgħu wkoll jintbagħtu emails fuq medicines@gov.mt. Aktar informazzjoni tinkiseb ukoll mis-sit elettroniku www.doi.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow