IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI IŻUR IT-TRADE FAIR F’TA’ QALI
pr1230
02/07/2010
| Is-Segretarju | Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi żar it-Trade Fair ta’ Malta f’ Ta’ Qali li qed issir għat-53 darba. Huwa żar l-istand tad-Dipartiment tal-Kummerċ, fejn iltaqa’ ma’ uħud mill-esebituri li juru xogħol ta’ artiġjanat Malti, kif ukoll iddawwar fil-parti mtella’ b’informazzjoni dwar patents u liċenzjar ta’ prodotti u servizzi f’Malta. |
| Jason Azzopardi qal | li mir-rispons pożittiv li ġej minn bosta mill-200 esebitur li qed jieħdu sehem f’din il-fiera, jidher li l-andament huwa inkoraġġanti. Uħud mill-esebituri fil-fiera stqarrew mas-Segretarju Parlamentari kif il-bejgħ din is-sena qabeż kull aspettattiva, u qabeż il-bejgħ li għamlu s-sena l-oħra. |
| Jason Azzopardi qal | li l-fatt li sa l-Erbgħa ta’ din il-gimgħa kienu żaru l-fiera madwar 60,000 persuna, jawgura tajjeb, li jista’ jkun li jinqabeż anke l-ammont ta’ nies li żaru l-fiera s-sena l-oħra. Dan huwa iżjed inkoraġġanti fid-dawl ta’ avvenimenti internazzjonli importanti li qed jaħbtu mat-trade fair, kif ukoll attivitajiet oħra mill-kalendarju lokali. |
| Għalhekk dan huwa ta’ | kuraġġ għall-esebituri u l-operaturi li qed jieħdu sehem f’din il-fiera. Dan huwa xhieda li l-ekonomija hija tassew ħierġa mir-riċessjoni, u li b’ottimiżmu kawt għandna nħarsu ‘l quddiem. |
| Is-Segretarju | Parlamentari radd ħajr lill-organizzazzjoni tal-fiera tas-set-up professjonali u l-faċilitajiet moderni li qed joffru lill-esebituri. Huwa awgura speċjalment lill-operaturi ta’ negozji żgħar u medji, għal din il-fiera. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990