IL-GVERN IŻID L-ENERGY BENEFIT
pr1228
01/07/2010
| Il-Gvern se jżid | il-benefiċċju tal-enerġija lill-familji kollha li huma intitolati għal dan il-benefiċċju. Familji fejn tal-anqas hemm persuna waħda li hi anzjana, jew anzjani li jgħixu waħedhom, se jingħataw €25. B’hekk aktar minn 13,000 familja, fejn hemm anzjani, se jingħataw €25. |
| Familji oħra, li | wkoll huma ntitolati għall-benefiċċju tal-enerġija, se jingħataw żieda ta’ €15. |
| Iż-żieda fl-energy | benefit se tingħata lil 28,000 familja biex jagħmlu tajjeb għar-reviżjoni fil-prezz tal-gass li tħabbret minħabba t-tibdil fil-prezzijiet internazzjonali. |
| L-energy benefit | jingħata lill-individwi u familji li jkollhom bżonn l-aktar għajnuna. B’din iż-żieda fl-energy benefit il-Gvern qed juri l-impenn tiegħu li jgħin lill-individwi u familji li jkunu jeħtieġu l-aktar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990