STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-MEPA
pr1227
01/07/2010
| Reviżjoni fir-rati | għall-Applikazzjonijiet għall-Żvillup |
| L-Awtorita | tal-Ippjanar u Żvillup (MEPA) illum ħabbret ir-reviżjoni fir-rati għall-applikazzjonijiet għall-Żvillup (Annessa Tabella 1 li turi l-bdil fir-rati). |
| Ir-rati għal dawn l-applikazzjonijiet | kienu ġew introdotti fl-1993 meta twaqqfet l-Awtorita’ tal-Ippjanar. Minn dak in-nhar sallum dawn ir-rati qatt ma nbidlu. Dan wassal għal sitwazzjoni fejn id-dhul li kienet qed iddahhal il-MEPA mir-rati ma kienx jirrifletti l-ispiza li kienet qed taghmel il-MEPA biex toffri is-servizzi. |
| Bejn l-2005 u l-2010, | bejn l-allokazzjoni annwali u dejn li jrid jitħallas ukoll mill-Fondi Centrali, il-Gvern ser ikun għadda lill-MEPA Euro 45 miljun. Dan ifisser li parti mit-taxxi tal-pajjiz kienu qed imorru sabiex jissussidjaw lil min jagħmel użu mis-servizzi tal-MEPA. Il-Gvern għalhekk ħa d-deċizjoni li l-MEPA trid tiġġenera biżżejjed dħul mill-operati tagħha biex tkopri l-ispejjeż rikorrenti. |
| Ir-rati l-ġodda huma | kalkolati skont id-daqs ta’ l-iżvillup. Anqas ma’ jkun l-iżvilupp anqas jkun l-ammont dovut. Ir-rati jiddistingwu wkoll skond it-tip ta’ zvillup. Dan qed isir sabiex min jiflah l-inqas jerfa inqas. B’hekk ir-rati ghal kull metru kwadru ghall-appartamenti huma orħos mir-rati ghall-villel u bungalows u penthouses. |
| Ir-rati jistgħu jiġu | kalkolati mill-perit tal-applikant u b’hekk isir ħlas on-line fl-istess ħin li tiġi sottomessa l-applikazzjoni. Bis-sistema kumplikata ta’ miżati li hemm illum dan mhux possibbli li jsir. Dan għandu jkompli jgħin fl-effiċjenza tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. Ir-rati il-godda se jidhlu fis-sehh mal-pubblikazzjoni ta’ Avviz Legali u se jkunu effettivi mis-16 ta’ Lulju 2010. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990