Iżjed xogħol u opportunitajiet għall-SMEs
pr1226
01/07/2010
| L-ekonomija Maltija qed | taħsad il-frott ta’ iktar impjiegi u opportunatajiet għall-SMEs. Dan huwa kkonfermat illum, fl-ewwel Park għall-SMEs fi Progett bejn il-Gvern u l-privat li beda fl-2006, u li sal-aħħar ta’ din is-sena għandu jkun lest mill-fażi ta’ kostruzzjoni, biex jibda jilqa’ fih madwar 300 ħaddiem u self-employed. Dan l-SME park fil-limiti ta’ Ħaż-Żabbar, li qed isir b’investiment ta’ €4.6 miljun ġejjin mis-settur privat, qed jieħu l-forma b’ritmu mgħaġġel, u diġa beda jilqa’ fih intrapriżi żgħar u intraprendituri self employed, li bdew joperaw minnu fl-aħħar xhur. |
| Dan qalu is-Segretarju | Parlamentari Jason Azzopardi li żar is-sit li qed jiġi żviluppat fl-SME park ‘Ta’ Maġġi’ ġewwa x-Xgħajra limiti ta’ Ħaż Żabbar. Dan huwa wieħed minn 6 SME parks li qed jiġu żviluppati mill-privat, fuq art maħsuba għal dan l-għan mill-Gvern. Dan il-proġett huwa l-frott tal-viżjoni tal-Gvern li fl-2006 ħajjar l-investituri privati joffru faċilitajiet moderni biex minnhom joperaw kumpaniji żgħar u medji. |
| Jason Azzopardi feraħ | lil ħaddiema li diġa qed jaħdmu minn dan il-post. Huwa ferħilhom li investew fl-intrapriża tagħhom, biex jilqgħu għall-isfidi taż-żmien, u jkunu mħejjija tajjeb għall-bżonnijiet tas-suq. Huwa feraħ b’mod partikolari lil żewġ operaturi li sa sentejn ilu kienu impjegati fit-Tarzna, u li ħadu l-opportunita jużaw is-sengħa tagħhom, u fetħu għal rashom. Illum dawn iħaddmu ħames ħaddiema oħra magħhom, u jaħdmu shifts twal b’ħafna overtime biex ilaħħqu mad-domanda qawwija tax-xogħol li għandhom. |
| Dan kollu jixhed li l-ekonomija | qiegħda tirbaħ l-isfidi u tifred il-mewġ qal is-Segretarju Parlamentari, anke jekk xi kultant nisimgħu ilħna li jkunu jridu jaqtgħu l-qlub. Dan huwa frott tal-viżjoni tal-Gvern li jmexxi b’għaqal u jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet, filwaqt li jkompli joffri l-aqwa kundizzjonijiet għall-investiment. |
| Min-naħa tiegħu Kenneth | Abela minn ‘Ta’ Maġġi’ SME Park qal li 70% tat-78 unit li fihom jikkonsisti l-proġett huma diġa meħuda, anke jekk dan għadu fil-fażi tal-kostruzzjoni. |
| Dan il-park ser jilqa’ | fih ħaddiema minn setturi varji bħal mechanics, panel beaters, sprayers, car-body styler, ħaddieda, mastrudaxxi, stainless steel works, mis-settur taċ-ċinematrografija, u bosta oħrajn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990