Left arrow Go Back

Iżjed xogħol u opportunitajiet għall-SMEs

pr1226
Date Icon 01/07/2010
L-ekonomija Maltija qedtaħsad il-frott ta’ iktar impjiegi u opportunatajiet għall-SMEs.  Dan huwa kkonfermat illum, fl-ewwel Park għall-SMEs fi Progett bejn il-Gvern u l-privat li beda fl-2006, u li sal-aħħar ta’ din is-sena għandu jkun lest mill-fażi ta’ kostruzzjoni, biex jibda jilqa’ fih madwar 300 ħaddiem u self-employed.  Dan l-SME park fil-limiti ta’ Ħaż-Żabbar, li qed isir b’investiment ta’ €4.6 miljun ġejjin mis-settur privat, qed jieħu l-forma b’ritmu mgħaġġel, u diġa beda jilqa’ fih intrapriżi żgħar u intraprendituri self employed, li bdew joperaw minnu fl-aħħar xhur.
Dan qalu is-SegretarjuParlamentari Jason Azzopardi li żar is-sit li qed jiġi żviluppat fl-SME park ‘Ta’ Maġġi’ ġewwa x-Xgħajra limiti ta’ Ħaż Żabbar.  Dan huwa wieħed minn 6 SME parks li qed jiġu żviluppati mill-privat, fuq art maħsuba għal dan l-għan mill-Gvern.  Dan il-proġett huwa l-frott tal-viżjoni tal-Gvern li fl-2006 ħajjar l-investituri privati joffru faċilitajiet moderni biex minnhom joperaw kumpaniji żgħar u medji.
Jason Azzopardi feraħlil ħaddiema li diġa qed jaħdmu minn dan il-post.  Huwa ferħilhom li investew fl-intrapriża tagħhom, biex jilqgħu għall-isfidi taż-żmien, u jkunu mħejjija tajjeb għall-bżonnijiet tas-suq.  Huwa feraħ b’mod partikolari lil żewġ operaturi li sa sentejn ilu kienu impjegati fit-Tarzna, u li ħadu l-opportunita jużaw is-sengħa tagħhom, u fetħu għal rashom.  Illum dawn iħaddmu ħames ħaddiema oħra magħhom, u jaħdmu shifts twal b’ħafna overtime biex ilaħħqu mad-domanda qawwija tax-xogħol li għandhom.
Dan kollu jixhed li l-ekonomijaqiegħda tirbaħ l-isfidi u tifred il-mewġ qal is-Segretarju Parlamentari, anke jekk xi kultant nisimgħu ilħna li jkunu jridu jaqtgħu l-qlub.  Dan huwa frott tal-viżjoni tal-Gvern li jmexxi b’għaqal u jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet, filwaqt li jkompli joffri l-aqwa kundizzjonijiet għall-investiment.
Min-naħa tiegħu KennethAbela minn ‘Ta’ Maġġi’ SME Park qal li 70% tat-78 unit li fihom jikkonsisti l-proġett huma diġa meħuda, anke jekk dan għadu fil-fażi tal-kostruzzjoni.
Dan il-park ser jilqa’fih ħaddiema minn  setturi varji bħal mechanics, panel beaters, sprayers, car-body styler, ħaddieda, mastrudaxxi, stainless steel works, mis-settur taċ-ċinematrografija, u bosta oħrajn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow