Left arrow Mur Lura

SUĊĊESS IEĦOR FIL-ĠLIEDA KONTRA D-DROGA

pr1224
Date Icon 01/07/2010
Il-Ministrutal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici jikkongratula lill-Korp tal-Pulizija għall-akbar qabda ta’ droga għal din is-sena li twettqet il-bieraħ f’San Pawl il-Baħar minn membri tal-Korp assistiti mill-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-Ministru jfaħħarit-tempestività tal-uffiċċjali involuti f’din l-investigazzjoni li wasslet biex jinqabdu kważi 20 kilo ta’ raża tal-kannabis u sabiex jiġu arrestati tliet persuni involuti fl-importazzjoni tagħha bil-baħar. Dan is-suċċess jiżdied ma’ qabda preċedenti ta’ ħames kilos tal-istess tip ta’ droga fi Frar ta’ din is-sena, u numru ta’ qabdiet iżgħar. B’hekk matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena inqabdet aktar raża tal-kannabis milli kienet inqabdet matul is-sena 2009 kollha.
Il-Ministrutal-Ġustizzja u l-Intern jirringrazzja lill-membri tal-Korp ta’ dan is-suċċess li jkompli jsaħħaħ ir-riżolutezza tal-Korp tal-Pulizija fil-ħidma kostanti tiegħu kontra t-traffikar tad-droga u d-delinkwenza kriminali. Ta’ min iffakkar li s-sena l-oħra kienet inqabdet droga li b’kollox il-valur tagħha kien jaqbeż il-€5 miljuni – jiġifieri d-doppju tal-valur tad-droga li nqabdet fis-sena 2008.
Il-Ministrutal-Ġustizzja u l-Intern iħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikompli jikkolabora mal-forzi tal-ordni fix-xogħol tagħhom biex jagħmlu s-soċjetà tagħna iktar sikura.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow