SUĊĊESS IEĦOR FIL-ĠLIEDA KONTRA D-DROGA
pr1224
01/07/2010
| Il-Ministru | tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici jikkongratula lill-Korp tal-Pulizija għall-akbar qabda ta’ droga għal din is-sena li twettqet il-bieraħ f’San Pawl il-Baħar minn membri tal-Korp assistiti mill-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta. |
| Il-Ministru jfaħħar | it-tempestività tal-uffiċċjali involuti f’din l-investigazzjoni li wasslet biex jinqabdu kważi 20 kilo ta’ raża tal-kannabis u sabiex jiġu arrestati tliet persuni involuti fl-importazzjoni tagħha bil-baħar. Dan is-suċċess jiżdied ma’ qabda preċedenti ta’ ħames kilos tal-istess tip ta’ droga fi Frar ta’ din is-sena, u numru ta’ qabdiet iżgħar. B’hekk matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena inqabdet aktar raża tal-kannabis milli kienet inqabdet matul is-sena 2009 kollha. |
| Il-Ministru | tal-Ġustizzja u l-Intern jirringrazzja lill-membri tal-Korp ta’ dan is-suċċess li jkompli jsaħħaħ ir-riżolutezza tal-Korp tal-Pulizija fil-ħidma kostanti tiegħu kontra t-traffikar tad-droga u d-delinkwenza kriminali. Ta’ min iffakkar li s-sena l-oħra kienet inqabdet droga li b’kollox il-valur tagħha kien jaqbeż il-€5 miljuni – jiġifieri d-doppju tal-valur tad-droga li nqabdet fis-sena 2008. |
| Il-Ministru | tal-Ġustizzja u l-Intern iħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikompli jikkolabora mal-forzi tal-ordni fix-xogħol tagħhom biex jagħmlu s-soċjetà tagħna iktar sikura. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990