GĦOTI TA’ WARRANTS LIL 244 GĦALLIEMA
pr1221
01/07/2010
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, | Dolores Cristina, il-bieraħ qassmet warrant tal-professjoni ta’ għalliema lil 244 persuna, fuq rakkomandazzjoni tal-Bord għall-Professjoni tal-għalliema. |
| F’diskors li għamlet il-Ministru Cristina qalet li | għat-tieni sena konsekuttiva minn meta twaqqaf il-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema, qed niltaqgħu biex nagħtu l-Warrant ta’ għalliema. Fl-ewwel sena, konna qassamna 164 warrant u din id-darba se nqassmu 244 wieħed. |
| Il-warrant, | barra li hu xhieda li persuna tista’ teżerċita l-professjoni ta’ għalliem, ipoġġi responsabbilta’ kbira fuq dawk li jirċievuh billi huma se jkunu fdati bl-edukazzjoni tal-istudenti tagħna. |
| F’dawn | is-sentejn, il-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema ħadem bla heda biex il-lejla qegħdin hawn biex inqassmu dawn il-warrants. |
| Dan | il-Kunsill fih rappreżentanti ta’ dawk kollha involuti fil-qasam tat-tagħlim. Rappreżentanti tal-għalliema mis-settur primarju, sekondarju, mis-settur statali u mis-settur mhux statali, uffiċjali mid-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni u d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi il-Malta Union of Teachers li tirrappreżenta lill-għalliema kollha, żewġ rappreżentanti mill-Universita’ flimkien ma’ rappreżentant tal-ġenituri. |
| Dawn il-warrants | qed jingħataw fi żmien li fih l-edukazzjoni f’pajjiżna għaddejja minn żviluppi kbar u interessanti b’riformi li poġġew il-bażi biex il-lum għandna sistema edukattiv li qed tagħti riżultati mill-aqwa għalkemm xorta nħossu l-ħtieġa li nkomplu ntejbuh u nirriformawh. |
| Il-Ministru fakkret li din is-sena daħlet fis-seħħ | ir-riforma fil-Mixja mil-livell Primarju għal dak Sekondarju, kif ukoll ir-riforma tal-Iskejjel Speċjali li issa saru Ċentri ta’ Riżorsi għal studenti li barra mill-edukazzjoni normali li tingħata fl-iskejjel fejn jattendu, ikollhom bżonn servizzi partikolari li jistgħu jeħduhom biss f’dawn iċ-ċentri. |
| Il-Ministru Cristina qalet li temmen li l-impjegati | kollha fil-qasam edukattiv huma l-iktar riżorsa importanti u meħtieġa fis-suċċess ta’ uliedna. Irridu nkomplu nagħtu attenzjoni lit-taħrig u l-appoġġ meħtieg lill-ħaddiema kollha fis-settur, biex il-kwalita’ ta’ edukazzjoni li tingħata lil uliedna tkun tal-ogħla livell u tilħaq il-firxa wiesgħa ta’ ħtiġijiet ta’ uliedna. Hu meħtieġ li kull ħaddiema jingħata taħriġ speċjalizzat u ffokat biex ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom u jaġġornaw ruħhom mal-iżvilupp kontinwu li dejjem qed iseħħu f’dan is-settur, fosthom il-fatt li issa l-klassijiet kollha fil-livell primarju u sekondarju se jkollhom studenti b’ħiliet imħallta. |
| Wieħed | jirrikonoxxi wkoll illi fis-settur edukattiv hemm sfidi partikulari u jkun meħtieġ appoġġ u sostenn professjonali biex il-ħaddiema, inkluż naturalment l-għalliema, ikomplu jaqdu l-missjoni tagħhom fl-iskejjel tagħna. |
| Il-Ministru fakkret lill-għalliema fil-wegħda li | kienu għadhom kif għamlu wara li ngħataw il-warrant li fiha wegħdu li jgħożżu u jirrispettaw lill-istudenti kollha li jkunu fir-responsabbilta’ tagħhom u jagħrfu l-individwalita’ ta’ kull student u jaċċettawh kif inhu filwaqt li jgħinuh jiżviluppa t-talenti tiegħu. |
| L-għalliema huma fid-dmir li jgħinu lil kull sudent | li jemmen aktar fil-ħiliet tiegħu u jkomplu jiżviluppaw mezzi li bihom it-tagħlim ikun aktar effettiv biex l-istudenti jkunu aktar kreattivi u titkattar fihom l-indipendenza tal-ħsieb u l-kapaċita’ li jitgħallmu weħidhom. |
| Barra | minn dan l-għalliema wegħdu li fil-ħidma tagħhom għandhom isaħħu kultura fejn l-abbuż verbali, emozzjonali u fiżiku ma jkunux aktar tolerabbli u li jservu bħala eżempju ħaj, morali, soċjali u edukattiv għall-istudenti u b’għemilhom jgħollu l-ġieh tal-professjoni tal-għalliema u josservaw il-Kodiċi ta’ Etika kif imfassal fil-Liġi dwar l-Edukazzjoni. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni ħadet l-okkażjoni biex | tirringrazzja lill-għalliema, l-LSAs u l-professjonisti l-oħra kollha li qed jagħtu servizz fl-iskejjel tagħna. Dawn għandhom ir-rikonoxximent sħiħ tal-pajjiż u b’mod partikolari tal-ġenituri li f’idejhom fdaw l-edukazzjoni ta’ uliedhom. |
| Fiċ-ċerimonja tkellmu wkoll is-Sur Paul Zahra, Aġent | Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u l-Avukat Edward Debono, Chairman tal-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema. Ħa sehem ukoll il-University Junior College Ensemble taħt it-tmexxija ta’ Maestro Manoel Pirotta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990