OPEN DAY FIN-NIGHT SHELTER, IŻ-ŻEJTUN
pr1220
01/07/2010
| L-ewwel Night | Shelter għall-anzjani jinsab lest biex fil-jiem li ġejjin jilqa’ fih l-ewwel tmien anzjani nisa. Dan huwa proġett pilota li permezz tiegħu għandu jgħin biex l-anzjani jkomplu jgħixu fil-komunità tagħhom. |
| Is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` | innota li minn mindu tħabbar, dan il-proġett ġibed l-interess ta’ diversi persuni li kkuntattjaw lis-Segretarjat biex jitolbu aktar informazzjoni. Għal dan il-għan il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex nhar il-Ħadd li ġej jattendi għall-Open Day li se jsir fin-Night Shelter li jinsab fil-Kunvent tas-Sorijiet ta’ Ġesu Nazzarenu, f’Triq San Girgor, fiż-Żejtun. |
| Matul | l-aħħar xhur, parti minn dan il-kunvent ġie mibdul f’Night Shelter għall-Anzjani, b’investiment ta’ madwar mitt elf ewro mill-Gvern. |
| In-Night Shelter | f’dan il-kunvent jinkludi: |
- 8 kmamar biex kulħadd ikollu l-kamra privata tiegħu
- Kċina
- Sitting u living area
- Kamra tal-Banju
- Toilet
- Store
- Lift
| Matul | il-lejl se jkun hemm care worker fil-post. |
| Kull min | irid iżur in-Night Shelter jista’ jagħmel dan il-Ħadd li ġej bejn id-9 ta’ filgħodu u nofsinhar. Rappreżentanti tas-Segretarjat se jkunu fil-post biex jipprovdu l-applikazzjonijiet għal dawk li huma interessati. |
Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 22992464.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990