Left arrow Go Back

OPEN DAY FIN-NIGHT SHELTER, IŻ-ŻEJTUN

pr1220
Date Icon 01/07/2010
L-ewwel NightShelter għall-anzjani jinsab lest biex fil-jiem li ġejjin jilqa’ fih l-ewwel tmien anzjani nisa.   Dan huwa proġett pilota li permezz tiegħu għandu jgħin biex l-anzjani jkomplu jgħixu fil-komunità tagħhom.
Is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita`innota li minn mindu tħabbar, dan il-proġett ġibed l-interess ta’ diversi persuni li kkuntattjaw lis-Segretarjat biex jitolbu aktar informazzjoni.  Għal dan il-għan il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex nhar il-Ħadd li ġej jattendi għall-Open Day li se jsir fin-Night Shelter li jinsab fil-Kunvent tas-Sorijiet ta’ Ġesu Nazzarenu, f’Triq San Girgor, fiż-Żejtun.
Matull-aħħar xhur, parti minn dan il-kunvent ġie mibdul f’Night Shelter għall-Anzjani, b’investiment ta’ madwar mitt elf ewro mill-Gvern.
In-Night Shelterf’dan il-kunvent jinkludi:

-         8 kmamar biex kulħadd ikollu l-kamra privata tiegħu

-         Kċina

-         Sitting u living area

-         Kamra tal-Banju

-         Toilet

-         Store

-         Lift

Matulil-lejl se jkun hemm care worker fil-post.
Kull minirid iżur in-Night Shelter jista’ jagħmel dan il-Ħadd li ġej bejn id-9 ta’ filgħodu u nofsinhar. Rappreżentanti tas-Segretarjat se jkunu fil-post biex jipprovdu l-applikazzjonijiet għal dawk li huma interessati.

Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 22992464.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow