INVESTIMENT TA’ €26 MILJUN FID-DRAGONARA CASINO
Il-kumpanija Dragonara Gaming se tkun qed tinvesti madwar €26 miljun fil-Casino Dragonara f’San Ġiljan. Din se tkun qed timmodernizza dan il-kumpless filwaqt li tinvesti f’apparat tal-logħob aktar modern bil-għan li tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizz li toffri u tkun f’pożizzjoni li tattira aktar turiżmu ta’ kwalità lejn pajjiżna.
Dan tħabbar fl-okkażjoni tal-iffirmar tal-ftehim bejn il-Gvern u l-kumpanija li sar fl-uffiċċji tal-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob fl-Imrieħel. L-ammont, espress f’valur ta’ net present value tal-offerta rebbieħa kienet ta’ € 12,780,760. Iż-żewġ offerti l-oħra kienu ta’ Tomino Ltd €11,040,917 u Dragonara Casino Ltd €10,195,170
Barra minn hekk, l-operatur il-ġdid se jinvesti €9.2 minnhom f’tagħmir ġdid u €4.5 miljun f’upgrading u mmodernizzar tal-faċilitajiet.
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar u qal li din il-kumpanija għandha esperjenza kbira fis-settur tal-ġestjoni tal-casinos u b’dan l-investiment se tkun qed issaħħaħ il-kompetittività ta’ dawn il-faċilitajiet. Il-Ministru sostna l-importanza tar-regolamentazzjoni b’saħħitha fil-qasam tal-logħob, u faħħar il-kontribut tal-Awtorità biex tiżgura li pajjiżna jipprovdi ġurisdizzjoni tal-aqwa livell, rispettata fuq livell internazzjonali wkoll.
Filwaqt li fakkar fl-importanza tar-responsabbiltà fil-qasam tal-logħob, il-Ministru qal li l-eżistenza ta’ dawn it-tip ta’ faċilitajiet jingħataw importanza minn settur importanti ta’ turisti u għalhekk kien importanti li Malta tkun f’pożizzjoni li tista’ toffri l-aqwa faċilitajiet f’dan is-sens. Huwa qal li l-fatt li pajjiżna jkun kapaċi jattira turisti ta’ dan it-tip huwa wkoll ta’ benefiċċju għall-intrapriżi kummerċjali l-oħra fiż-żona u għalhekk jgħin ukoll biex jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol ta’ kwalità.
Il-Ministru rringrazzja lill-operatur preċedenti, Dragonara Casino Limited, għas-servizz matul l-aħħar snin. Intant, il-ftehim il-ġdid iћares ukoll il-post tax-xogћol tal-ћaddiema li jaћdmu fil-casino mal-operatur preċedenti kif ukoll il-ћaddiema tal-Casma.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990