Left arrow Mur Lura

FL-EWWEL ĦAMES XHUR TAS-SENA L-LIBRERIJI SELLFU 51,000 KTIEB AKTAR

PR1211
Date Icon 30/06/2010

Sa tmiem is-sena il-Libreriji fil-gżejjer Maltin se jkunu kollha kompjuterizzati

It-titjib fis-servizz mogħti mil-Libreriji f’Malta u f’Għawdex qed iwassal biex, minkejja l-kompetizzjoni mill-internet u minn mezzi oħra ta’ tixrid ta’ informazzjoni, ir-rwol tal-ktieb qed jibqa’ essenzjali fis-soċjeta’. Statistika miżmuma mid-Dipartiment tal-Libreriji turi kif fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, il-libreriji f’Malta sellfu 51,000 ktieb aktar mill-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Dan ħareġ waqt konferenza li matulha ħames libreriji f’Malta telgħu live fuq is-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment. Dawn huma l-libreriji ta’ Ħal Safi, il-Kalkara, Marsaxlokk, Pembroke u Ħal Tarxien. Għaxra oħra mistennija jkunu kompjuterizzati sa tmiem is-sena biex b’hekk is-sistema tkun inkorporat il-libreriji kollha fil-gżejjer Maltin. Ladarba dan iseħħ, id-Dipartiment tal-Libreriji jkollu kwadru komplet u permezz tiegħu ikun jista’ jibda joffri aktar servizzi.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Said qal li l-eżerċizzju ta’ kompjuterizzazzjoni kien possibbli grazzi għall-koperazzjoni li teżisti bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u l-Kunsilli Lokali li mill-ewwel urew interess kbir fil-proġett u offrew il-mezzi kollha tagħhom sabiex setgħu isiru l-arranġamenti u ssir il-konnettivita’.

Id-Dipartment tal-Libreriji offra l-kompjuters, is-sistema kompjuterizzata li tfasslet apposta, il-linji tat-telefon, is-servizzi tekniku u s-support. B’hekk tjiebu mhux ftit is-servizzi offruti fil-libreriji fil-gżejjer Maltin.

L-għaxar libreriji li fadal u li mistennija jkunu kompjuterizzati huma dawk tal-Birgu, l-Fgura, Marsaxlokk, Marsaskala, il-Qrendi, Ħal Lija, Ħal Kirkop, L-Isla, ir-Rabat, San Ġiljan u l-Belt Valletta.

Fost is-servizzi li diġa qed jingħataw hemm it-tiġdid u r-riżervar ta’ kotba li jista’ jsir direttament mid-djar billi wieħed jidħol fis-sit elettroniku tal-libreriji. Iż-żidiet fis-servizzi elettroniċi, u t-tiġdid tal-libreriji bix-xiri regolari ta’ kotba ġodda, qed iwassal għal żieda sostanzjali fis-self ta’ kotba. Chris Said qal li l-budget għax-xiri ta’ kotba ġodda din is-sena kien wieħed rekord hekk kif kienu vvutati €100,000. Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali nieda wkoll skema li permezz tagħha rdoppja l-flus tal-Kunsilli Lokali għax-xiri tal-kotba.

Chris Said qal li “spiċċa ż-żmien tal-biljetti tal-kartun u l-kxaxen bil-katalgi mimlijin cards bl-ismijiet tal-kotba u tal-awturi. Ħames libreriji reġjonali u 23 fergħa diġa huma kompjuterizzati li jfisser li min irid jissellef il-kotba, kemm jippreżenta biljett daqs ta’ credit card u fiha awtomatikament jitniżżlu l-ismijiet tal-kotba li jkun se jieħu d-dar miegħu. Barra minn hekk, min ikun irid ifittex ktieb partikolari, jista’ jfittex f’liema librerija jinsab, saħansitra mill-kompjuter tiegħu mill-kumdita’ ta’ daru.”

Sadanittant intemmet l-ewwel fażi tal-Kampanja Libreriji li bdiet f’April li għadda. Waqt din il-kampanja saru attivitajiet varji biex iressqu lill-pubbliku in ġenerali, inkluż tfal u żgħażagħ, lejn id-dinja tal-ktieb. F’din il-kampanja id-Dipartiment ħadem mill-qrib mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Fix-xhur li ġejjjin mistennija jittellgħu aktar attivitajiet bl-għan aħħari jibqa’ dak li jkompli jinxtered l-interess fil-ktieb sa minn eta’ bikrija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow