MALTA TIPPARTEĊIPA F’ĊELEBRAZZJONI FI BRUSSELL GĦALL-INAWGURAZZJONI TAL-PRESIDENZA BELĠJANA
PR1205
30/06/2010
Biex tiċċelebra l-inawgurazzjoni tal-Presidenza Belġjana tal-Unjoni Ewropea, il-komunità tan-negozji fit-triq Avenue Louise ta' Brussell waqqfet 27 arblu li jindikaw id-direzzjoni lejn is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Fuq kull arblu hemm imsemmija l-ismijiet ta’ tliet personalitajiet magħrufa minn kull Stat Membru.
L-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell għenet lill-organizzaturi ta' dan l-avveniment biex isir l-arblu ta’ Malta.
Il-personalitajiet Maltin elenkati huma t-tenur Joseph Calleja, il-perit Konrad Buhagiar u l-artista kontemporanja Ruth Bianco. Dawn l-ismijiet jingħaqdu mal-personalitajiet importanti oħra fil-qasam tal-kreattività artistika mill-Ewropa kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990