Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI UL-AFFARIJIET RURALI

PR1202
Date Icon 29/06/2010

Il-kelliem għal-opposizzjoni għal-agrikoltura Dr Joseph Sammut bl-istqarrija tiegħu maħruġa llum fil-festa tal-Imnarja, żelaq fin-niexef filwaqt li wera li ma jafx x’qed jiġri b’rabta mal-attiviatijiet agrikoli li qed ikunu organizzati madwar il-pajjiż.   

Minkejja l-fatt li l-festa tal-Mnarja m’għadiex l-unika okkażjoni fejn titTella wirja agrikola, din is-sena xorta reġħet rat follol kbar ta’ nies li pparteċipaw u li ddivertew bl-attrazzjonijiet li din il-festa tradizzjonali toffri. Il-festa agrikola tradizjonali tal-Imnarja baqgħet popolari fost il-poplu minkeja li kienet tneħħiet minn festa pubblika minn Gvern Laburista. Jekk il-Kelliem tal-Oppozizzjoni żar il-Festa tal-Imnarja fil-Buskett kien jara wkoll  parteċipazzjoni  bi stands informattivi ta’ 19-il-pajjiż minn Madwar l-Unjoni Ewropea li qegħdin Malta sabiex jipparteċipaw f’Konferenza li qed issir għal-ewwel darba f’Malta tan-Network Rurali Ewropew organizzata mill-Unjoni Ewropea.    

Eżattament sentejn ilu l-Gvern beda l-kampanja Naturalment Malti sabiex jipromwovi l-prodott frisk u ġenwin lokali. Din il-kampanja fost attivitajiet oħra b’mod regolari ttella’ festi agrikoli f’Bliet u Rħula differenti. Sa issa f’sentejn saru  mat-12- il festa b’temi differenti fosthom il-festa tal-majjal, tat-tonn, tal-ħalib u tal-għasel fost l-oħrajn. Il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon ukoll li kemm ilhom li bdew dawn il-festi, żdiedu madwar il-pajjiż dawn l-attivatijiet agrikoli. L-attivatijiet li jsiru kemm mil-kunsilli lokali kif ukoll mil-assocjazzjonijiet tal-bdiewa fost ohrajn dejjem isibu l-appoġġ tal-Gvern. Il-Kelliem tal-Opposizzjoni l-Onor Sammut imissu jaf li l-Gvern waqqaf skema biex jgħin attivitajiet kulturali marbutin mal-identita’ tal-irħula madwar Malta u Għawdex u li minn din l-għajnuna qed jittellgħu bosta attivitajiet agrikoli.     

Il-fiduċja fis-settur m’hix biss espressa mill-gvern u l-inizjattivi kontinwi li jieħu favur il-bdiewa u r-raħħala iżda wkoll mis-settur innifsu. Din is-sena biss il-bdiewa u r-raħħala qed jitfgħu fl-ekonomija madwar €40 miljun ewro f’xogħlijiet ta’ mmodernizzar ta’ azjendi agrikoli. Dan qed issir għax mat-300 bidwi u raħħal qed jibbenefikaw minn skema ta’ għajnuna taħt il-programm tal-iżvillupp Rurali tal-Unjoni Ewropea li qed toffrilhom nofs l-ispejjeż b’investiment fis-settur ta’ €19 miljun. Dan juri kif hemm espressjoni ta’ fiduċja mis-settur fis-settur innifsu.   

Għalhekk din l-istqarija tal-Onor Sammut f’din il-festa tal-Imnarja turi kemm L-Onor Sammut hu maqtugħ mir-realtajiet tas-settur.  Id-dikjarazzjoniet tal-kelliem tal-Opposizzjoni sa issa anki fuq il-miżuri li qed jieħu l-gvern dwar l-estrazzjoni tal-ilma jikkontradixxu l-posizzjonijiet li ħadu kelliema oħra tal-Partit Laburista. Dan juri li mhux biss il-Kelliem tal-Opposizzjoni hu maqtugħ mis-settur iżda wkoll maqtugh mil-partit laburista stess.   

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow