LOUIS GALEA JIEHU L-GURAMENT BHALA MEMBRU TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
Dr Louis Galea ha l-gurament tal-kariga bhala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif jitlob it-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Dan sar illum fil-Lussemburgu f’ceremonja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ seba membri ohra mahtura minn pajjizi membri tal-Unjoni.
Il-Qorti bdiet topera bħala l-korp tal-verifika esterna tal- Unjoni f'Ottubru tas-sena 1977 u l-kwartieri tagħha twaqqfu fil-Lussemburgu. Mill-1 ta’ Novembru 1993 ‘l quddiem, meta t-Trattat ta' Maastricht dahal fis-sehh, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ġiet magħrufa bħala waħda mill-ħames istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti isservi bhala awditur estern, u gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini ewropej. Bħala l-awditur estern tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tiċċekkja li l-fondi tal-UE jitqiesu b’mod korrett u jintefqu b’konformità mar-regoli u l-leġiżlazzjoni, b’konsiderazzjoni xierqa għall-kisba tal-aqwa valur għall-flus. Il-Qorti tivverifika l-implimentazzjoni tal-Budget tal-Unjoni u minn sena ghall-ohra tezamina u tirraporta dwar oqsma differenti tal-politika u l-programmi li l-Unjoni tkkun qed thaddem sew fuq livell Ewropej kif ukoll flimkien ma’ Stati Membri
Dr. Louis Galea inhatar membru tal-Qorti fuq rakkomandazzjoni tal-Gvern Malti u ha il-kariga fis 7 ta Mejju 2010. Huwa jservi ghal perjodu ta’ sitt snin.
Fid-9 ta Gunju, Dr Galea inghata responsabbilta partikolari ghal verifika ta l-Infiq Amministrattiv ta’ l-Istituzjonijiet tal-UE. Din tkopri il-verifka ta ghaxar istituzjonijiet u entitajiet ohra tal-UE li jinkludu
1. 1. il-Parlament,
2. 2. il-Kunsill,
3. 3. il-Kummissjoni,
4. 4. il-Qorti tal-Ġustizzja,
5. 5. il-Qorti tal-Awdituri,
6. 6. il-Kumitat tar-Reġjuni,
7. 7. il-Kumitat Ekonomiku u Socjali,
8. 8. l-Ombudsman,
9. 9. l-ufficju dwar il-protezzjoni tad-data, u
10. 10. l-European Schools .
Il-Qorti tippubblika r-riżultati tax-xogħol tal-verifika tagħha f’diversi rapporti, b’mod partikolari fir-Rapport Annwali - li jippreżenta ir-riżultati ta' verifiki finanzjarji fil-għamla ta' dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni dwar il-baġit ġenerali u l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.
Ir-rapporti tal-Qorti iservu ta’ gwida fl-iskrutinju li l-Parlament Ewropej jaghmel fuq il-Kunsill u l-Kummissjoni.
Is-sit elettroniku tal Qorti tal-Awdituri huwa http://www.eca.europa.eu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990