Left arrow Mur Lura

DISA’ SEGRETARJI EŻEKUTTIVI TA’ KUNSILLI LOKALI JIRĊIEVU TAĦRIĠ FI BRUSSELL

PR1196
Date Icon 28/06/2010

Disa’ Segretarji Eżekuttivi ta’ daqstant ieħor Kunsilli Lokali attendew għal korsijiet ta’ taħriġ fuq l-immaniġġjar tal-fondi tal-Unjoni Ewropea u fuq ir-risk management fis-settur pubbliku. Il-korsijiet saru fi Brussell fit-tieni ġimgħa ta’ Ġunju.

Din il-parteċipazzjoni kienet possibbli grazzi għall-ftehim li kien iffirmat bejn is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali Maltin (ASKLM). Is-Segretarji Eżekuttivi li pparteċipaw f’dawn il-korsijiet ingħataw ċertifikat ta’ attendenza li kien ippreżentat mis-Segretarju Parlamentari Chris Said waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Matul il-jiem ta’ taħriġ sar programm ta’ taħriġ speċjalizzat dwar l-immaniġġjar ta’ fondi u proġetti tal-UE li kien indirizzat minn speċjalisti f’dan il-qasam u li kien organizzat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Kapijiet Eżekuttivi tal-Gvern Lokali (UDITE). Sar ukoll workshop organizzat minn PRIMO, l-organizzazzjoni Ewropea dwar Public Risk Management, dwar l-effetti tal-kriżi ekonomika fuq il-ftehim ta’ sħubija bejn is-settur privat u s-settur pubbliku (PPP).

F’dan it-taħriġ is-Segretarji Eżekuttivi Maltin qasmu l-esperjenzi tagħhom ma’ kollegi minn  madwar 15-il pajjiż.

Chris Said qal li bit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali, is-Segretarji Eżekuttivi ngħataw importanza akbar milli kellhom, ingħataw responsabbiltajiet akbar u r-rwol tagħhom kien imsaħħaħ. Min irid iservi f’din il-kariga hu meħtieġ li jagħmel kors speċjalizzat b’tali mod li jakkwista l-ħiliet neċessarji.

Segretarju Eżekuttiv hu fid-dmir li jesegwixxi d-deċiżjonijiet leġittimi tal-Kunsill Lokali u għandu jwaqqaf kull attivita’ jew inizjattiva li jkun se jagħmel il-Kunsill u li tkun tmur kontra l-liġi jew ir-regolamenti. L-istess għandu jagħmel fil-każ ta’ kull attivita’ jew inizjattiva li tkun se ssir u ma tkunx approvata mill-Kunsill.

Chris Said fakkar li llum is-Segretarji Eżekuttivi jwieġbu direttament lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Dan it-tibdil fil-liġi tal-Kunsill Lokali sar biex ikun assigurat li kull ksur ta’ regolamenti jitwaqqaf qabel ikun se jsir.

It-tmexxija finanzjarja kienet u għadha responsabbilta’ tas-Segretarju Eżekuttiv li għandu jara li jiġu mħarsa r-regolamenti kollha finanzjarji. Kull nefqa trid dejjem tiġi approvata mill-Kunsill Lokali.

Chris Said qal li hu minħabba r-rwol tant importanti tas-Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsilli Lokali li l-Gvern hu fid-dmir li jgħinhom iwettqu ħidmithom aħjar.

Il-parteċipazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi f’dawn il-korsijiet ta’ taħriġ kienet faċilitata peress li l-ASKLM ilha membru tal-UDITE għal dawn l-aħħar seba’ snin.

L-ASKLM mexxiet l-UDITE bejn l-2006 u l-2008 b’Adrian Mifsud serva bħala President filwaqt li John O’Dea u Paul Gatt okkupaw il-kariga ta’ teżorier. L-ASKLM hi wkoll attiva fi PRIMO, l-organizzazzjoni Ewropea dwar Public Risk Management li kienet twaqqfet f’Malta fl-2006. Adrian Mifsud kien ifforma parti mill-ewwel kumitat eżekuttiv tagħha.

Is-Segretarji Eżekuttivi li ħadu sehem fit-taħriġ kienu: Adrian Mifsud, Helen Walker, Kevin Borg, Maria Galea, Amanda Cauchi, Arthur Perici, Paul Spiteri, Fabian Mizzi u Joseph Caruana.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow