FEJN IT-TFAL JIKBRU U JILAGĦBU
FEJN IT-TFAL JIKBRU U JILAGĦBU
It-tfal u ż-żgħażagħ huma l-qofol tal-Padiljun ta’ Malta fl-edizzjoni tal-Fiera Internazzjonali ta’ Malta din is-sena, li ġie trasformat f’park għall-familja bit-tema: fejn it-tfal jikbru u jilagħbu.
U t-tfal qed isibu x’jagħmlu fil-Padiljun ta’ Malta! Jekk hux climbing wall, target football shooting jew mini golf, it-tfal li jżuru l-istand tal-Gvern qed isibu ruħhom fi spazju miftuħ mimli b’attivitajiet innovattivi u bl-entużjażmu ta’ tfal oħra bħalhom.
It-tema tal-Padiljun ta’ Malta hija bbażata fuq il-politika tal-Gvern li jiżdiedu l-ispazji miftuħa għall-familji Maltin u Għawdxin. B’hekk bħalma diġà qed jiġi provdut fi 17-il post pubbliku, il-Padiljun ta’ Malta hu attrezzat bis-servizz ta’ WiFi b’xejn.
Kull min iżur il-Padiljun jista’ jikseb informazzjoni dwar diversi servizzi li qed joffru l-Kunsill Malti għall-iSport, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (inkluż il-programm tal-Klabb 3-16), l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Wasteserv u t-34U.
If-tfal li jżuru l-istand tal-Gvern qed jiġu mħeġga’ jilgħabu minn coaches tal-Kunsill Malti għall-iSport, u qed isibu għajnuna minn studenti taċ-Childcare mill-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità fi ħdan l-MCAST.
Minbarra l-attivitajiet kollha li qed isibu fil-Fiera, it-tfal li jżuru l-Padiljun qed jingħataw ktieb ta’ tpinġija mimli stampi ta’ postijiet pubbliċi li jżuru mal-ġenituri tagħhom fil-ħin tal-mistrieħ. It-tfal qed jingħataw l-opportunità li jissottomettu tpinġijiet għall-pubblikazzjoni fuq il-websajt www.opm.gov.mt.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, wieħed jista’ żur www.opm.gov.mt/spazji. Kull min irid jirċievi kopja tal-ktieb ta’ tpinġija d-dar, għandu jibgħat email lil communications@opm.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990