Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

PR1194
Date Icon 28/06/2010

WIĊĊ JISTA’ JKUN MANIPULAT. IL-MARKI TAS-SWABA  LE

Mil-lum kull min imur jagħmel passaport ġdid se jintalab il-marki ta’ żewġ swaba. Dan qiegħed isir skond ir-regolament ta’ l-Unjoni Ewropea (EC2252/2004) biex tiżdied is-sigurtà tal-passaport li hu mezz importanti ta’ identifikazzjoni.

S’issa kienu qed jittieħdu biss ritratti biometriċi. Ritratt jew wiċċ jistgħu jiġu manipulati, iżda żgur hu aktar diffiċli biex wieħed jimmanipula l-marki tas-swaba. Dan il-proċess ta’ sigurtà qiegħed isir fil-pajjiżi kollha li huma fix-Schengen.

Il-ġbir tal-marki tas-swaba qiegħed isir għal skop wieħed, dak ta’ aktar sigurta’ fil-passaport u għalhekk ma jista’ jintuża għall-ebda raġuni oħra, eżempju lanqas għall-investigazzjoni tal-pulizija.

Fil-fatt il-proċess kollu tat-teħid tal-marki tas-swaba kien meqjus sew mill-MITA u sussegwentament approvat mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. Kull min se jagħmel passaport ġdid se jintalab il-marki ta’ saba’ wieħed minn kull id. Tfal taħt it-12-il sena, persuni b’ċerti kundizzjonijiet mediċi u b’difett permanenti huma esklużi minn dan il-proċess.

L-informazzjoni li tinġabar mill-marki tas-swaba tkun miżmuma f’ċippa li teżisti fil-passaport stess. Darba tinkiteb, din iċ-ċippa tiġi ssiġillata u għalhekk ma tistax tkun mittiefsa la minn kwalunke persuna u lanqas minn awtoritajiet. Fil-fatt lanqas l-Uffiċċju tal-Passaporti stess ma jista’ jbiddel l-informazzjoni fiċ-ċippa, la darba tkun issiġillata. Din is-sistema hija waħda mill-aqwa li teżisti fid-dinja.

Meta jiskadi l-passaport, il-marki tas-swaba jinżammu fis-sistema għal sitt xhur, u jitħassru awtomatikament. Iċ-ċittadini Maltin xorta se jkunu jistgħu jivvaġġaw lejn l-Istati Uniti mingħajr il-bżonn ta’ Visa permezz tal-Visa Waiver Programme. Ovvjament ċittadini Maltin jistgħu jużaw il-karta ta’ l-identità biex jivvjaġġaw fil-pajjiżi ta’ EEA u fl-Iżvizzera. Il-prezz tal-passaport se jibqa’ l-istess. Passporti li jkunu għadhom validi jistgħu jibqgħu jintużaw sad-data ta’ l-iskadenza tagħhom. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel Freephone 8007 2386.

poster Maltese

poster English

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow