IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JTEMMU IZ-ZJARA UFFICJALI FIZ-ZEJTUN B’INAWGURAZZJONI TAL-GNIEN IZ-ZOGHZIJA
“Inhossni veru ferhan li zort din il-Belt taz-Zejtun u nirringrazzjkom ghall-mod li bih ippreparajtu ghal din iz-zjara ufficjali tieghi u ta’ marti u ghall mod li bih ilqajtuna” Dan qalu il-President George Abela waqt li kien qieghed it-temm iz-zjara tieghu fiz-Zejtun waqt li gie inawgurat il-Gnien imsejjah Gnien iz-Zoghzija.
Il-President u s-Sinjura Abela dalghodu inghaqdu mal-parruccani Zwieten ghal-quddies tat-tmienja ta’ fil-ghodu immexxija mill-Arcipriet Eric Overend. Wara l-quddies iltaqghu mar-residenti fuq iz-zuntier fejn gie ppreparat il-Kafe u pastizzi.
Il-President George Abela zar l-Ghaqda Muzikali Beland kif ukoll l-Ghaqda Banda Zejtun.
Fi Programm separat is-Sinjura Abela zaret Dar Nazareth kif ukoll il-fondazzjoni ta’ din id-dar.
Fi tmiem iz-zjara is-Sindku Joe Attard irringrazzja lil President u lis-Sinjura Abela talli ghazlu li jzuru liz-Zejtun u wkoll tal-hin prezzjuz biex iltaqghu mar-residenti.Il-President Abela fahhar il-hidma siewja b’mod volontarju ta’ l-Ghaqdiet u kkummenta wkoll kemm kull wiehed u wahda minn dawn l-organizzazjonijiet jaghmlu minn kollox biex dejjem joghlu l-isem tal-Belt taz-Zejtun.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990