Left arrow Mur Lura

L-ATOMIUM TA’ BRUSSELL JINKLUDI GWIDA BIL-LINGWA MALTIJA

PR1190
Date Icon 27/06/2010

Il-monument impressjonanti ta’ Brussell, l-Atomium, ha l-opportunita’ tal-Presidenza Belgjana tal-UE,  u inawgura fil-25 ta’ Gunju, sistema awdjo-gwida elettronika b’26 lingwa. Il-Maltin li se jzuru l-Atomium se jkunu certament kuntenti u kburin meta jiskopru li issa jistgħu jisimgħu l-kummentarju dwar l-istorja ta' l-Atomium bil-lingwa Maltija. Tlieta u għoxrin minn dawn il-lingwi huma Ewropej. It-tliet lingwi l-oħra huma ir-Russu, c-Ċiniż u t-Tork. Is-sistema kienet inawgurata llum ġewwa wieħed mill-isferi tal-Atomium lil korp diplomatiku fosthom rappreżentanti mill-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell.

L-Atomium, li lum huwa mużew, kien mibni fl-1958 għall-Expo Universali ta 'Brussell. L-istruttura hija biċċa xoghol komplessa ta' arkitettura tal-azzar mibnija fil-forma ta' atomu. Hija għolja 102 metru.

Din huwa l-ewwel mużew barra minn Malta li joffri spjegazzjonijiet bil-Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow