L-ATOMIUM TA’ BRUSSELL JINKLUDI GWIDA BIL-LINGWA MALTIJA
Il-monument impressjonanti ta’ Brussell, l-Atomium, ha l-opportunita’ tal-Presidenza Belgjana tal-UE, u inawgura fil-25 ta’ Gunju, sistema awdjo-gwida elettronika b’26 lingwa. Il-Maltin li se jzuru l-Atomium se jkunu certament kuntenti u kburin meta jiskopru li issa jistgħu jisimgħu l-kummentarju dwar l-istorja ta' l-Atomium bil-lingwa Maltija. Tlieta u għoxrin minn dawn il-lingwi huma Ewropej. It-tliet lingwi l-oħra huma ir-Russu, c-Ċiniż u t-Tork. Is-sistema kienet inawgurata llum ġewwa wieħed mill-isferi tal-Atomium lil korp diplomatiku fosthom rappreżentanti mill-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell.
L-Atomium, li lum huwa mużew, kien mibni fl-1958 għall-Expo Universali ta 'Brussell. L-istruttura hija biċċa xoghol komplessa ta' arkitettura tal-azzar mibnija fil-forma ta' atomu. Hija għolja 102 metru.
Din huwa l-ewwel mużew barra minn Malta li joffri spjegazzjonijiet bil-Malti.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990