STQARRIJA
Politika ta’ solidarjeta’ biex ħadd ma jibqa’ lura
Il-Gvern b’dispjaċir jinnota li l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat, għal darb’oħra, għażel li ma jkunx onest mas-sewwa u l-verita’. Hu għażel li jinjora dak li qal il-Prim Ministru biex joħloq stqarrija partiġġjana għall-aħħar.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jimmiżinterpreta wkoll l-istħarriġ tal-Eurobarometer. Għas-sensazzjonaliżmu politiku, fost l-oħrajn il-Kap tal-Oppożizzjoni naqas milli jagħmel differenza bejn ir-realta’, il-perċezzjoni, riskju ta’ faqar u faqar reali. Id-differenza bejniethom hi bażika, elementari u essenzjali biex issir analiżi serja. Madanakollu l-Kap tal-Oppożizzjoni ma tinteressahx il-politika ta’ serjeta’ u ta’ sustanza u dejjem jagħżel l-opportuniżmu politiku.
Filwaqt li pajjiżi oħra qed inaqqsu l-benefiċċji soċjali, jiffriżaw il-pagi u jnaqqsu l-investiment fil-qasam soċjali, f’pajjiżna l-Gvern qed jinvesti aktar f’dawn l-oqsma biex ħadd ma jibqa’ lura.
Quddiem il-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali pajjiżi oħra għandhom rekord ta’ żbilanċ u qgħad. F’pajjiżna il-Gvern miexi b’politika ta’ għaqal u responsabblita’ biex qed jiġbed aktar investiment lejn pajjiżna u jinħoloq aktar xogħol għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema, u jżomm id-defiċit u l-qgħad taħt kontroll.
Il-Gvern qiegħed iwettaq politika ta’ solidarjeta’ u ġustizzja soċjali biex ħadd ma jaqa’ lura.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990