WIRJA TA’ INĊIŻJONIJIET U RITRATTI F’GĦAWDEX
L-uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni mal-Istitut Kulturali Taljan f’Malta, se jorganizza wirja ta’ inċiżjonijiet u ritratti mtellgħa minn Amina Contin.
Għadd ta’ inċiżjonijiet antiki u prezzjużi fosthom dawk fir-ram, jingħaqdu mal-kelma miktuba u mal-fotografija – koreografija armonjuża, li tappoġġja u tiżviluppa l-personalitajiet individwali tal-artisti.
L-inċiżjonijiet tal-artista versatili Arlecchino Claudia Contin (artista, inċiżur, attriċi, waħda mill-esperti dinjija tal-Commedia dell’Arte, riċerkatriċi, kittieba, għalliema....ara www.hellequin.it) huma akkumpanjati b’aforiżmi qosra tal-kuratriċi Amina Contin (riċentement kuratriċi f’Għawdex u f’Malta tal-wirja multi-artistika The Sirens’ Wail, ta’ 12 steps to the Citadel, kif ukoll tal-pitturi Armeni u Taljani fil-wirja GENTES II) li tiddedika l-kitbiet tagħha lill-gżira li ilha tgħix u taħdem fiha f’din l-aħħar sena (www.aminacontin.it).
Ir-ritratti esebiti huma tal-fotografu magħruf Daniel Cilia (www.dancilia.com) u jservu bħala bilanċ armonjuż mal-kitba li takkumpanja din l-esebizzjoni.
Il-wirja, li se ssir fil-Banca Giuratale, fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, se tkun inawgurata fit-30 ta’ Ġunju 2010 u se tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sat-18 ta’ Lulju 2010. Il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu mit-Tnejn sal-Ħadd, mid-9.00 a.m. san-12.30 p.m.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990