Left arrow Mur Lura

IL-PADILJUN T’GĦAWDEX FIL-FIERA INTERNAZZJONALI TA’ MALTA

PR1174
Date Icon 24/06/2010

Bħal kull sena Għawdex se jerġa’ jkun rappreżentat fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta li fetħet il-bieraħ u ser tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sat-4 ta’ Lulju.

It-tema magħżula għal din is-sena fil-Padiljun Għawdxi hi waħda li tħeġġeġ lill-Maltin biex jagħżlu li jqattgħu btajjel f’Għawdex. Filwaqt li  jirrilassaw u jiddevertu jkunu jistgħu jiskopru aktar is-sbuħija tal-kampanja u bajjiet Għawdxin waqt li jinqdew bl-aqwa servizzi li wieħed jista’ jsib fl-istabbilimenti u ristoranti Għawdxin.

F’perjodu ta’ inċertezza ekonomika fil-bqija tad-dinja, il-Ministeru għal Għawdex ħass li kellu jinqeda bl-opportunita’ li toffri l-Fiera Internazzjonali ta’ Malta u jwassal il-messaġġ lill-eluf ta’ Maltin li jżuruha li vaganza f’Għawdex hi unika fil-kwalita’ waqt li tiswa anqas minn vaganza barra l-pajjiż.  Dan għaliex il-familji Maltin jistgħu jaqsmu l-fliegu f’temp qasir ta’ 25 minuta fil-kumdita’ tal-vapuri tal-Gozo Channel waqt li jieħdu maghhom il-karozza filwaqt li jkunu jistgħu wkoll igawdu minn skemi vantaġġjużi. Dawn kollha huma vantaġġi li joffri Għawdex li jagħtu  valur miżjud fuq kompetizzjoni fil-qasam turistiku minn pajjiżi ġirien ta’ Malta.

Sadanittant, l-innovazzjoni fil-padiljun Għawdxi għal din is-sena ser ikunu logħob uniċi li l-Maltin se jiġu mistiedna jipparteċipaw fihom u permezz tagħhom jirbħu wħud minn għexieren  ta’ biljetti biex ikunu jistgħu jaqsmu b’xejn lejn Għawdex, grazzi għal għajnuna mill-kumpanija Gozo Channel.  Dan il-logħob se jsir kuljum minn tim ta’ animaturi bejn is-sebgħa u nofs u d-disgħa u nofs ta’ filgħaxija.

Fil-Padiljun ta’ Għawdex se jkun hemm ukoll informazzjoni dwar Għawdex u dak li jistgħu jagħmlu l-familji Maltin meta jkunu fil-gżira Għawdxija. Għal dan il-għan tħejja kalendarju speċjali bl-avvenimenti kollha li se jseħħu matul is-sajf.  Erba’ screens ser ikunu qed juru filmati ta’ xeni tipiċi li wieħed jista’ jara madwar Għawdex.  Din l-inizjattiva qed tittieħed ukoll bħala parti mill-programm ta’ azzjoni marbut ma’ eko-Għawdex.

Sadanittant, il-Ministeru għal Għawdex reġa’ ta l-assistenza tiegħu lil dawk l-intrapriżi Għawdxin li xtaqu jesponu l-prodotti u servizzi tagħhom waqt il-Fiera Internazzjonali f’Ta’ Qali.  Dawn l-istands ta’ kumpaniji Għawdxin se jkunu mdawrin mal-Padiljun ta’ Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow