MAĦTURA L-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-PROMOZZJONI TAL-UGWALJANZA
PR1172
24/06/2010
In-Nutar Romina Bartolo hija l-Kummissarju l-ġdida li se tmexxi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza.
Il-ħatra li hi għal perjodu ta’ sentejn saret mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina.
Il-membri l-oħra tal-Kummissjoni huma l-Avukat Mariosa Vella Cardona, l-Avukat Monica Galea, is-Sur Joseph Farrugia, is-Sur Mario Mallia, is-Sinjura Andrea Dibben u l-Avukat Vanni Xuereb.
Il-Ministru Cristina irringrazzjat lill-membri tal-Kummissjoni preċedenti li ma baqgħux iservu fil-kummissjoni, fosthom Dr. Janet Mifsud, li kienet Kummissarju għal dawn l-aħħar snin u s-sinjuri Grace Attard u n-Nutar Myriam Spiteri Debono.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990