Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN JIFRAĦ LILL-E.T. IL-PRIM IMĦALLEF

PR1166
Date Icon 23/06/2010

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Carm Mifsud Bonnici jifraħ lill-E.T. il-Prim Imħallef Dr Vincent Anthony DeGaetano wara li dan intgħażel b’suċċess mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tard il-bieraħ filgħaxija biex jaqdi bħala Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-E.T. il-Prim Imħallef kien wieħed mit-tlett kandidati li kienu tressqu mill-Gvern Malti sabiex jieħdu l-pożizzjoni tal-Imħallef Giovanni Bonello, li wasal fi tmiem it-terminu tiegħu fl-istess Qorti.

Il-Ministru Mifsud Bonnici jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu li dan il-proċess ġie finalment magħluq kif ukoll għax l-ogħola organu tal-Kunsill tal-Ewropa għamel l-għażla tiegħu malajr. Huwa ifakkar li minn meta ħa l-ħatra tiegħu fit-22 t’Awwissu 2002, il-Prim Imħallef irnexxielu jġib lura l-fiduċja tal-poplu fl-organi ġudizzjarji. Tul il-ħidma tiegħu saru diversi tibdiliet fix-xogħol ta’ kuljum tal-Qorti u mertu ta’ din id-direzzjoni naqsu l-kawżi pendenti ġewwa l-Qrati u numru ikbar qed jiġu deċiżi aktar malajr.

Il-Ministru jawgura lil Dr. De Gaetano kull suċċess fir-rwol ġdid tiegħu f’waħda mill-ogħla Qrati fl-Ewropa. Huwa ċert li din it-telfa għall-Ġudikatura ta’ Malta ser tissarraf f’ġid bil-wisq akbar għall-popli kollha tal-Ewropa, f’istituzzjoni li sentenzi varji tagħha jaffettwaw il-ħajja ta’ ċittadini tas-47 stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow