Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAS-SEGRETARJAT PARLAMENTATRI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

PR1145
Date Icon 20/06/2010

White Rocks: Progett ta’ gid ghall-isportivi, it-tfal, iz-zghazagh u l-familji

Il-Proġett White Rocks Sports and Leisure Village White Rocks se joffri opportunita’ kbira lill-eluf ta’ tfal, zghazagh u adulti biex jipprattikaw l-isport u l-attivita fizika. Minn post li bhalissa ma huwa jintuza ghalxejn qed tinholoq opportunità tad-deheb biex nakkomodaw il-ħtiġijiet ta’ xejn anqas minn 40 dixxiplina sportiva; mir-Rugby sat-Table Football, mill-Arti Marzjali sal-iSnooker, mill-Beach Volley sat-Tennis.

Dawn il-faċilitajiet kollha mhux biss se jkunu state of the art u ddisinjati minn Periti ta’ fama internazzjonali iżda fuq kollox se jkunu hemm għall-użu u s-servizz tal-Għaqdiet Sportivi Maltin u tal-atleti u l-iSportivi Maltin. Il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon l-entuzjazmu u l-koperazzjoni tal-isportivi favur dan il-proget izda ma jifhimx il-kontradizzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li fil-waqt li jgħid li hu favur qed jipprova jitfa dubji.

Il-Gvern Malti bħala kumpens għall-użu tal-art, qiegħed jitlob il-bini tal-faċilitajiet sportivi kollha u l-park tal-familja flimkien mal-manutenzjoni tagħhom bi spiza tal-investitur tul is-snin. Dawn il-facilitajiet se jkunu propjeta tal-Gvern ta’ Malta sa mill-ewwel gurnata li jitlestew.

Il-ħolqien ta’ White Rocks Sports & Leisure Village, u l-isħubija mall-inizzjattiva u l-interess privat, se jkun qed joffrilna opportunità unika u mudell finanzjarju biex nimxu l-quddiem fl-isport. Dan qed isir, skont il-programm elettorali li fuqu gie elett il-Gvern, li wieghed li jkompli l-investiment f’facilitajiet sportivi tal-oghla livell, inkluz bi shubija mal-privat.  Il-Gvern bidel din il-weghda f’azzjoni konkreta. 

F’termini ekonomiċi, il-pajjiż se jkun qed jiggwadanja hafna izjed mill-bini u t-tmexxija ta’ faċilitajiet sportivi. Il-pajjiz se jgawdi ukoll minn investiment dirett barrani ta’ €200 miljun u attività ekonomika iġġenerata b’mod partikolari mis-settur tat-turizmu sportiv, is-servizzi u l-kummerċ.  Wieħed ma jistax ma jikkonsidrax ukoll il-valur tal-branding ta’ pajjiżna bhal pajjiz modern. Dan il-proġett se jkun qiegħed immedjatament jiġġenera xogħol ta’ kostruzzjoni u attivita’ ohra ghan-negozji zghar filwaqt li kif jitlesta se johloq ta’ l-anqas 800 impieg gdid. Meta l-proġett jitlesta se jkun qed jgħina naħsdu l-frott ekonomiku ta’ politika tajba fi żminijiet ta’ kriżi internazzjonali.

Il-Gvern Malti daħal f’diskussjonijiet biex jgħaddi l-art delapidata tal-White Rocks lil investituri barranin għal numru ta’ snin.  Dawn l-investituri minbarra s-saħħa finanzjarja neċessarja li jirrikjedi proġett simili għandhom madwarhom tim formidabbli ta’ esperti f’diversi oqsma sportivi: Dawn l-esperti ħadmu fuq faċilitajiet mill-aqwa f’Manchester, Sheffield, Wembley, Lyon u Dubai u avvenimenti sportivi bħal World Cup, l-Olimpjadi u l-Commonwealth Games.

Il-Gvern jiehu gost jisma lil Partit Laburista jistqarr li huwa favur il-progett ta villagg sportiv izda ma jistax jifhem kif fl-istess hin il-PL permezz tal-Mexxej u l-media tieghu qieghed, ghal darba ohra,  jmexxi kampanja ta hmieg u dubji anke fejn diga inaghtaw twegibiet. Il-Partit Laburista ghandu mhux biss jghid car u tond jekk hux favur din l-inizzjattiva innovativa izda ghandu wkoll juza il-prudenza mehtiega biex ma jgerrixx investiment importanti u ta’ gid kbir ghall-isport Malti u ghall-poplu Mati kollu. Ghal darb’ohra, quddiem progett ta’ gid ghall-poplu, il-Kap tal-Oppozizzjoni jaghmel diskors li jistona.

L-inhawi fejn se jsir il-progett, se jinbidlu f’kalamita’ ohra li tigbed lill-familji.  Minbarra l-White Rocks Sports & Leisure Village, bhalissa qed issir ir-rijabilitazzjoni tal-Maghtab li se tinbidel f’zona ta’ rikreazzjoni ghall-familji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow