Left arrow Go Back

IL-KUMMISSARJU GĦOLI ZAMMIT TABONA LTAQA’ MALL-PRIM MINISTRU L-ĠDID DAVID CAMERON WAQT TROOPING THE COLOUR

PR1143
Date Icon 19/06/2010

Din is-sena, għeluq snin ir-Reġina Eliżabetta II ġie uffiċċjalment iċċelebrat nhar is-Sibt 12 ta’ Ġunju 2010, b’ċerimonja tradizzjonali ta’ Trooping the Colour f’Horseguards Parade, Londra. 

Il-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit, David Cameron u s-Sinjura Samantha Cameron stiednu lill-Kummissarju Għoli ta’ Malta Joseph Zammit Tabona u s-Sinjura Susan Zammit Tabona għat-te’ f’10 Downing Street qabel il-parata. Flimkien mall-Kummissarji Għolja tal-pajjiżi tal-Commonwealth u l-Ambaxxatur tal-Irlanda, il-Kummissarju Għoli ta’ Malta u s-Sinjura Zammit Tabona segwew Trooping the Colour minn ħdejn il-Prim Ministru. 

Kif l-arloġġ mal-bini ta’ Horseguards daqq il-ħdax, waslet il-Purċissjoni Rjali magħmula mill-Maesta’ Tagħha Ir-Reġina u L-Altezza Rjali Tiegħu id-Duka ta’ Edinbera’, l-Kurunell tal-Grenadier Guards. Dawn ġew ġo karozzella li kienet intużat l-ewwel darba mir-Reġina Vittorja fl-1842. L-Iskorta tas-Sovran, li kienet magħmula minn truppi tal-Household Cavalry Mounted Regiment u l-Mounted Bands, akkumpanjat lir-Regina. Mal-wasla tal-Karozzella Rjali, l-iStandard Rjali ttajjar mill-bejt ta’ Horseguards. Il-Maesta’ Tagħha u l-Altezza Rjali Tiegħu irċevew is-Salut Rjali, spezzjonaw it-truppi u segwew Trooping the Colour. Ir-Reġina, flimkien ma membri oħrajn tal-familja rjali, irritornat ġewwa Buckingham Palace u dehret fil-gallarija, hekk kif ir-Red Arrows flimkien ma’ ajruplani oħrajn tar-Royal Air Force, għamlu ‘fly past’. Qabel dawn instema’ 41 salut tal-kanuni minn Green Park u t-tieni salut ta’ 62 kanun li sparaw mit-Tower of London. 

1st Battalion Grenadier Guards, li ħadu sehem din is-sena, ingħatawlhom kuluri ġodda mill-Maesta’ Tagħha ir-Reġina Eliżabetta II fil-11 ta’ Mejju 2010. Ta’ min jgħid li dan il-battaljun għadu ġej lura minn servizz attiv fl-Afghanistan. 

Wara l-Parata, il-Prim Ministru stieden lill-Kummissarji Għolja lura 10 Downing Street għall-riċeviment. Il-Kummissarju Għoli ta’ Malta u s-Sinjura Zammit Tabona introduċewhom mall-Prim Ministru l-ġdid u s-Sinjura Cameron li wrew ix-xewqa biex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet eċċellenti li diġa’ jeżistu bejn Malta u r-Renju Unit.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow