Left arrow Go Back

KONFERENZA F’GENOVA BL-ISKOP LI JIPPROMWOVU LIL MALTA BHALA DESTINAZZIONI TURISTIKA

PR1134
Date Icon 18/06/2010

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, l-Awtorità Maltija tat-Turizmu u l-Air Malta organizzaw konferenza f’Genova bl-iskop principali li jippromwovu lil Malta bhala destinazzioni turistika ideali, kif ukoll biex jaghtu pubblicità lit-titjiriet li gew ricentement introdotti mill-Air Malta bejn Genova u Malta.

L-udjenza mdaqqsa li attendiet ghal din l-attività kienet tinkludi, fost ohrajn, lill-President tar-Regjun tal-Liguria, Claudio Burlando, u numru ta’ agenti ta’ l-ivvjaggar. Fl-indirizz tieghu l-President Burlando stieden lill-partecipanti biex jinghaqdu mieghu fuq zjara f’Malta biex isiru jafu aktar dwar il-potenzjal ta’ Malta bhala destinazzjoni turistika.  Fid-diskors tieghu l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Italja, Walter Balzan, sahaq illi l-introduzzjoni tat-titjiriet ta’ l-Air Malta mistennija tinkoragixxi izjed traffiku turistiku bejn Genova u Malta. 

Minbarra l-vicinanza geografika u r-rabtiet storici u kulturali ta’ tant zmien li jezistu bejn iz-zewg pajjizi, id-dhul ta’ Malta fiz-zona Schengen u l-introduzzjoni tal-munita Ewro qed jiffacilitaw u ghandhom ikomplu jkabbru l-iskambji turistici.

Fil-prezentazzjoni vizwali taghhom, ir-rapprezentanti ta’ l-Awtorità tat-Turizmu u l-Air Malta, t-tnejn ibbazati f’Ruma, taw deskrizzjoni dettaljata ta’ numru ta’ siti storici u kulturali kif ukoll facilitajiet li jaghmlu minn Malta destinazjoni turistika attraenti, kif ukoll  il-fatt tal-konoxxenza tal-lingwa Taljana.

L-Awtorità tat-Turizmu flimkien ma’ l-Ambaxxata ta’ Malta u l-Air Malta jibqghu impenjati fil-hidma taghhom biex ikomplu jsegwu inizjattivi ntizi li jkabbru t-turizmu mill-Italja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow