Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN  B’REFERENZA GĦAL-ATTAKKI TAS-SEA SHEPHERD CONSERVATION SOCIETY FUQ GAĠEĠ TAT-TONN T’OPERATURI MALTIN U FUQ SAJJIED MALTI

PR1133
Date Icon 17/06/2010

Il-Gvern Malti jirreferi għall-inċidenti li seħħew illum fejn attivisti tas-Sea Shepherd Conservation Society attakkaw attivitajiet legali li kienu qed jitwettqu minn operaturi Maltin tal-akwakultura filwaqt li ferew fiżikament sajjied Malti, f’ibhra li jinsabu fit-territorju Libjan.

Il-Gvern ifakkar u jtenni li dawn huma operazzjonijiet li qed isiru b’mod legali skond ir-regolamenti tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas), u tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk dawn l-operazzjonijiet qed jiġu osservati u spezzjonati mill- ispetturi tal-istess ICCAT u tal-Unjoni Ewropea.

Hija ħasra li minkejja l-fatt li l-ħut li hemm fil-gaġeġ tal-operaturi Maltin huwa hut maqbud f’operazzjoni legali u li jifforma parti mil-kwoti stabbiliti mill-ICCAT, dan il-każ tal-lum ma kienx wieħed iżolat iżda segwa dak li ġara aktar kmieni din il-ġimgħa mill-Green Peace li attakkat gaġeġ oħra.

Il-Gvern filwaqt li juri s-solidarjeta tiegħu mas-sajjied Malti se jibqa jsegwi mil-qrib dan il-każ. il-Gvern jirringrazzja lil forzi armati ta’ Malta tal-ħidma kontinwa’ tagħhom biex ikunu protetti l-operazjonijiet legali tas-sajjieda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow